+Artikolu 18 Eliġibbiltà tal-proġetti għal assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/1153
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.

Artikolu 18 Eliġibbiltà tal-proġetti għal assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/1153

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.
Il-proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Artikolu 24 u fl-Anness II huma eliġibbli għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal studji u strumenti finanzjarji.
Artikolu 18 2.

Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Artikolu 24 u fil-punt (1)(a), (b), (c), (d) u (f) tal-Anness II u fil-punt (3) tal-Anness II, għandhom ukoll ikunu eliġibbli għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal xogħlijiet meta jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

l-analiżi kost-benefiċċji speċifika għall-proġett imfassla skont l-Artikolu 16(4), il-punt (a), tipprovdi evidenza li tikkonċerna l-eżistenza ta’ esternalitajiet pożittivi sinifikanti, bħas-sigurtà tal-provvista, il-flessibbiltà tas-sistema, is-solidarjetà jew l-innovazzjoni;

(b) 

il-proġett ikun irċieva deċiżjoni dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet skont l-Artikolu 16 jew, fir-rigward ta’ proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (3) tal-Anness II, meta ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u, għalhekk, ma jirċivux deċiżjoni dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet, il-proġett ikollu l-għan li jipprovdi servizzi b’mod transfruntier, iġib l-innovazzjoni teknoloġika u jiżgura s-sikurezza tal-operat transfruntier tal-grilja;

(c) 

il-proġett ma jistax jiġi ffinanzjat mis-suq jew permezz tal-qafas regolatorju f’konformità mal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju u valutazzjonijiet oħra, b’mod partikolari dawk imwettqa minn investituri, kredituri potenzjali jew l-awtorità regolatorja nazzjonali, b’kont meħud ta’ kwalunkwe deċiżjoni dwar inċentivi u r-raġunijiet tagħha msemmija fl-Artikolu 17(2) meta tiġi vvalutata l-ħtieġa tal-proġett għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni.

Artikolu 18 3.
Il-proġetti ta’ interess komuni mwettqa f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(7), il-punt (d), għandhom ikunu eliġibbli wkoll għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal xogħlijiet meta jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 18 4.
Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punti (1)(e) u l-punti (2) u (5) tal-Anness II għandhom ikunu eliġibbli wkoll għal assistenza finanzjarja tal-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal xogħlijiet, meta l-promoturi tal-proġetti kkonċernati, f’evalwazzjoni mwettqa mill-awtorità nazzjonali rilevanti jew, fejn applikabbli, mill-awtorità regolatorja nazzjonali, ikunu jistgħu juru b’mod ċar esternalitajiet pożittivi sinifikanti, bħas-sigurtà tal-provvista, il-flessibbiltà tas-sistema, is-solidarjetà jew l-innovazzjoni, iġġenerati mill-proġetti u jipprovdu evidenza ċara tan-nuqqas ta’ vijabbiltà kummerċjali tagħhom, f’konformità mal-analiżi kost-benefiċċji, mal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju u mal-valutazzjonijiet imwettqa, b’mod partikolari minn investituri jew minn kredituri potenzjali jew, fejn applikabbli, minn awtorità regolatorja nazzjonali.
Artikolu 18 5.
Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għall-proġetti ta’ interess reċiproku.

Il-proġetti ta’ interess reċiproku għandhom ikunu eliġibbli għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2021/1153. Fir-rigward tal-għotjiet għal xogħlijiet, il-proġetti ta’ interess reċiproku għandhom ikunu eliġibbli għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni dment li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u meta l-proġett jikkontribwixxi għall-miri klimatiċi u enerġentiċi ġenerali tal-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.