+Artikolu 21 Rapporti u evalwazzjoni

Artikolu 21 Rapporti u evalwazzjoni

Artikolu 21

Rapporti u evalwazzjoni

Mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni, u tissottomettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jipprovdi evalwazzjoni:

(a) 

tal-progress miksub għall-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni, u, fejn rilevanti, id-dewmien fl-implimentazzjoni u diffikultajiet oħra ffaċċjati;

(b) 

il-fondi impenjati u żborżati mill-Unjoni għal proġetti fil-lista tal-Unjoni, imqabbla mal-valur totali ta’ proġetti ffinanzjati fil-lista tal-Unjoni

(c) 

il-progress miksub f’termini ta’ integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, inklużi sorsi ta’ enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, u ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra permezz tal-ippjanar, tal-iżvilupp, tal-kostruzzjoni u tal-ikkummissjonar ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni;

(d) 

għas-setturi tal-elettriku u tal-gassijiet rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, inkluż l-idroġenu, l-evoluzzjoni tal-livell ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, l-evoluzzjoni korrispondenti tal-prezzijiet tal-enerġija, kif ukoll l-għadd ta’ avvenimenti ta’ nuqqas ta’ funzjonament tas-sistemi tan-networks, il-kawżi tagħhom u l-kost ekonomiku relatat;

(e) 

il-proċess għall-għoti ta’ permessi u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku, b’mod partikolari:

(i) 

id-durata totali medja u massima tal-proċess għall-għoti ta’ permessi għal proġetti fil-lista tal-Unjoni, inkluża d-durata ta’ kull stadju tal-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni, meta mqabbla mat-twaqqit previst mill-objettivi intermedji ewlenin inizjali msemmija fl-Artikolu 10(6);

(ii) 

il-livell ta’ oppożizzjoni li jiffaċċjaw il-proġetti fil-lista tal-Unjoni, b’mod partikolari l-għadd ta’ oġġezzjonijiet bil-miktub matul il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika u l-għadd ta’ azzjonijiet ta’ rikors legali;

(iii) 

l-aħjar prattiki u l-prattiki innovattivi fir-rigward tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati;

(iv) 

l-aħjar prattiki u l-prattiki innovattivi fir-rigward tal-mitigazzjoni tal-impatti ambjentali, inkluż l-adattament għat-tibdil fil-klima, waqt il-proċessi tal-għoti tal-permessi u l-implimentazzjoni tal-proġetti;

(v) 

l-effikaċja tal-iskemi previsti fl-Artikolu 8(3) rigward il-konformità mal-limiti taż-żmien stipulati fl-Artikolu 10(1) u (2);

(f) 

it-trattament regolatorju, b’mod partikolari:

(i) 

l-għadd ta’ proġetti ta’ interess komuni li jkunu ngħataw deċiżjoni dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet skont l-Artikolu 16;

(ii) 

l-għadd u t-tip ta’ proġetti ta’ interess komuni li jkunu rċivew inċentivi speċifiċi skont l-Artikolu 17;

(g) 

l-effettività ta’ dan ir-Regolament fil-kontribuzzjoni għall-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u għall-kisba tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.