+KAPITOLU VIII Dispożizzjonijiet finali
---+Artikolu 20 Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 20 1.
------+Artikolu 20 2.
------+Artikolu 20 3.
------+Artikolu 20 4.
------+Artikolu 20 5.
------+Artikolu 20 6.
---+Artikolu 21 Rapporti u evalwazzjoni
---+Artikolu 22 Rieżami
---+Artikolu 23 Informazzjoni u reklamar
---+Artikolu 24 Deroga għall-interkonnessjonijiet għal Ċipru u Malta
------+Artikolu 24 1.
------+Artikolu 24 2.
------+Artikolu 24 3.
------+Artikolu 24 4.
------+Artikolu 24 5.
---+Artikolu 25 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 715/2009
---+Artikolu 26 Emenda għar-Regolament (UE) 2019/942
---+Artikolu 27 Emenda għar-Regolament (UE) 2019/943
---+Artikolu 28 Emenda għad-Direttiva 2009/73/KE
---+Artikolu 29 Emenda għad-Direttiva (UE) 2019/944
---+Artikolu 30 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
---+Artikolu 31 Il-perjodu tranżitorju
------+Artikolu 31 1.
------+Artikolu 31 2.
------+Artikolu 31 3.
------+Artikolu 31 4.
------+Artikolu 31 5.
---+Artikolu 32 Tħassir
------+Artikolu 32 1.
------+Artikolu 32 2.
------+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 33 Dħul fis-seħħ

KAPITOLU VIII Dispożizzjonijiet finali

KAPITOLU VIII Dispożizzjonijiet finali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 21 Rapporti u evalwazzjoni

Artikolu 21

Rapporti u evalwazzjoni

Mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni, u tissottomettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jipprovdi evalwazzjoni:

(a) 

tal-progress miksub għall-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni, u, fejn rilevanti, id-dewmien fl-implimentazzjoni u diffikultajiet oħra ffaċċjati;

(b) 

il-fondi impenjati u żborżati mill-Unjoni għal proġetti fil-lista tal-Unjoni, imqabbla mal-valur totali ta’ proġetti ffinanzjati fil-lista tal-Unjoni

(c) 

il-progress miksub f’termini ta’ integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, inklużi sorsi ta’ enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, u ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra permezz tal-ippjanar, tal-iżvilupp, tal-kostruzzjoni u tal-ikkummissjonar ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni;

(d) 

għas-setturi tal-elettriku u tal-gassijiet rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, inkluż l-idroġenu, l-evoluzzjoni tal-livell ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, l-evoluzzjoni korrispondenti tal-prezzijiet tal-enerġija, kif ukoll l-għadd ta’ avvenimenti ta’ nuqqas ta’ funzjonament tas-sistemi tan-networks, il-kawżi tagħhom u l-kost ekonomiku relatat;

(e) 

il-proċess għall-għoti ta’ permessi u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku, b’mod partikolari:

(i) 

id-durata totali medja u massima tal-proċess għall-għoti ta’ permessi għal proġetti fil-lista tal-Unjoni, inkluża d-durata ta’ kull stadju tal-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni, meta mqabbla mat-twaqqit previst mill-objettivi intermedji ewlenin inizjali msemmija fl-Artikolu 10(6);

(ii) 

il-livell ta’ oppożizzjoni li jiffaċċjaw il-proġetti fil-lista tal-Unjoni, b’mod partikolari l-għadd ta’ oġġezzjonijiet bil-miktub matul il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika u l-għadd ta’ azzjonijiet ta’ rikors legali;

(iii) 

l-aħjar prattiki u l-prattiki innovattivi fir-rigward tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati;

(iv) 

l-aħjar prattiki u l-prattiki innovattivi fir-rigward tal-mitigazzjoni tal-impatti ambjentali, inkluż l-adattament għat-tibdil fil-klima, waqt il-proċessi tal-għoti tal-permessi u l-implimentazzjoni tal-proġetti;

(v) 

l-effikaċja tal-iskemi previsti fl-Artikolu 8(3) rigward il-konformità mal-limiti taż-żmien stipulati fl-Artikolu 10(1) u (2);

(f) 

it-trattament regolatorju, b’mod partikolari:

(i) 

l-għadd ta’ proġetti ta’ interess komuni li jkunu ngħataw deċiżjoni dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet skont l-Artikolu 16;

(ii) 

l-għadd u t-tip ta’ proġetti ta’ interess komuni li jkunu rċivew inċentivi speċifiċi skont l-Artikolu 17;

(g) 

l-effettività ta’ dan ir-Regolament fil-kontribuzzjoni għall-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u għall-kisba tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050.

Artikolu 22 Rieżami

Artikolu 22

Rieżami

Sat-30 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament, abbażi tar-riżultati tar-rappurtar u l-evalwazzjoni previsti fl-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni mwettqa skont l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2021/1153.

Artikolu 23 Informazzjoni u reklamar

Artikolu 23

Informazzjoni u reklamar

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm pjattaforma ta’ trasparenza faċilment aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali permezz tal-Internet. Il-pjattaforma għandha tiġi aġġornata b’mod regolari b’informazzjoni mir-rapporti msemmija fl-Artikolu 5(4) u bis-sit web imsemmi fl-Artikolu 9(7). Il-pjattaforma għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

informazzjoni ġenerali u aġġornata, inkluża informazzjoni ġeografika, għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni;

(b) 

il-pjan ta’ implimentazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 5(1) għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni, ippreżentat b’mod li jippermetti l-valutazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni fi kwalunkwe mument;

(c) 

il-benefiċċji ewlenin mistennija u l-kontribut għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 1(1) u l-kostijiet tal-proġetti ħlief għal kwalunkwe informazzjoni kummerċjalment sensittiva;

(d) 

il-lista tal-Unjoni;

(e) 

il-fondi allokati u żborżati mill-Unjoni għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni.

(f) 

il-links għall-manwal nazzjonali tal-proċeduri msemmi fl-Artikolu 9;

(g) 

l-istudji eżistenti dwar il-baċiri tal-baħar u l-pjanijiet għal kull kuritur prijoritarju tal-grilja lil hinn mill-kosta, mingħajr ma jinkisru d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Artikolu 24 Deroga għall-interkonnessjonijiet għal Ċipru u Malta
Artikolu 25 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 715/2009

Artikolu 25

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 715/2009

Fl-Artikolu 8(10) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“10.  
Kull sentejn, l-ENTSO tal-Gass għandu jadotta u jippublika pjan għall-iżvilupp tan-network li jkopri l-Komunità kollha msemmi fil-paragrafu 3, punt (b). Il-pjan għall-iżvilupp tan-network li jkopri l-Komunità kollha għandu jinkludi l-immudellar tan-network integrat, inklużi n-networks tal-idroġenu, l-iżvilupp tax-xenarju, prospettiva dwar l-adegwatezza tal-provvista Ewropea u valutazzjoni tar-reżistenza tas-sistema”.
Artikolu 26 Emenda għar-Regolament (UE) 2019/942

Artikolu 26

Emenda għar-Regolament (UE) 2019/942

Fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/942, il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(c) 

twettaq l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5, fl-Artikoli 11(3), fl-Artikoli 11(6) sa (9), fl-Artikoli 12, 13 u 17 u fit-Taqsima 2, il-punt (12), tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2022/869tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).

(d) 

tieħu deċiżjonijiet dwar talbiet ta’ investiment, inkluża l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet skont l-Artikolu 16(7) tar-Regolament (UE) 2022/869.

Artikolu 27 Emenda għar-Regolament (UE) 2019/943

Artikolu 27

Emenda għar-Regolament (UE) 2019/943

Fl-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) 2019/943, l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.  
Il-pjan ta’ żvilupp tan-network li jkopri l-Unjoni kollha msemmi fl-Artikolu 30(1), il-punt (b) għandu jinkludi l-immudellar tan-network integrat, inkluż l-iżvilupp tax-xenarju u valutazzjoni tar-reżiljenza tas-sistema. Il-parametri rilevanti tal-input għall-immudellar bħal suppożizzjonijiet dwar il-prezzijiet tal-fjuwil u tal-karbonju jew l-installazzjoni ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli għandhom ikunu konsistenti bis-sħiħ mal-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi żviluppata skont l-Artikolu 23.”.
Artikolu 28 Emenda għad-Direttiva 2009/73/KE

Artikolu 28

Emenda għad-Direttiva 2009/73/KE

Fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva 2009/73/KE, jiżdied il-punt li ġej:

“(v) 

iwettqu l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 3, l-Artikolu 5(7) u l-Artikoli 14 sa 17 tar-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).

Artikolu 29 Emenda għad-Direttiva (UE) 2019/944

Artikolu 29

Emenda għad-Direttiva (UE) 2019/944

Fl-Artikolu 59(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944, jiżdied il-punt li ġej:

“(aa) 

iwettqu l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 3, l-Artikolu 5(7) u l-Artikoli 14 sa 17 tar-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ).

Artikolu 30 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Artikolu 30

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-għoti, il-kontinwazzjoni jew il-modifika tal-assistenza finanzjarja mogħtija mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ).

Il-Kapitolu III ma għandux japplika għal proġetti ta’ interess komuni li jkunu daħlu fil-proċess għall-għoti ta’ permessi u li għalihom promotur ta’ proġett ikun ippreżenta fajl tal-applikazzjoni qabel is-16 ta’ Novembru 2013.

Artikolu 31 Il-perjodu tranżitorju
Artikolu 32 Tħassir
Artikolu 33 Dħul fis-seħħ

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.