|
+Artikolu 24 1. |
Artikolu 24 1.Fil-każ ta’ Ċipru u Malta, li mhumiex interkonnessi man-network trans-Ewropew tal-gass, għandha tapplika deroga mill-Artikolu 3, l-Artikolu 4(1), il-punti (a) u (b), l-Artikolu 4(5), l-Artikolu 16(4), il-punt (a), u l-Annessi I, II u III, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32(2). Interkonnessjoni waħda għal kull wieħed minn dawk l-Istati Membri għandha żżomm l-istatus tagħha ta’ proġett ta’ interess komuni skont dan ir-Regolament bid-drittijiet u l-obbligi rilevanti kollha, fejn dik l-interkonnessjoni:
(a)
qiegħda tiġi żviluppata jew ippjanata fit-23 ta’ Ġunju 2022.
(b)
tkun ingħatat l-istatus ta’ proġett ta’ interess komuni skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013; u
(c)
tkun meħtieġa biex tiġi żgurata interkonnessjoni permanenti ta’ dawk l-Istati Membri man-network trans-Ewropew tal-gass. Dawn il-proġetti għandhom jiżguraw il-kapaċità ta’ aċċess fil-futur għal swieq ġodda tal-enerġija, inkluż l-idroġenu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|