+Artikolu 24 Deroga għall-interkonnessjonijiet għal Ċipru u Malta
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 5.
|
Artikolu 24 Deroga għall-interkonnessjonijiet għal Ċipru u Malta
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1.
|
Fil-każ ta’ Ċipru u Malta, li mhumiex interkonnessi man-network trans-Ewropew tal-gass, għandha tapplika deroga mill-Artikolu 3, l-Artikolu 4(1), il-punti (a) u (b), l-Artikolu 4(5), l-Artikolu 16(4), il-punt (a), u l-Annessi I, II u III, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32(2). Interkonnessjoni waħda għal kull wieħed minn dawk l-Istati Membri għandha żżomm l-istatus tagħha ta’ proġett ta’ interess komuni skont dan ir-Regolament bid-drittijiet u l-obbligi rilevanti kollha, fejn dik l-interkonnessjoni:
(a)
qiegħda tiġi żviluppata jew ippjanata fit-23 ta’ Ġunju 2022.
(b)
tkun ingħatat l-istatus ta’ proġett ta’ interess komuni skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013; u
(c)
tkun meħtieġa biex tiġi żgurata interkonnessjoni permanenti ta’ dawk l-Istati Membri man-network trans-Ewropew tal-gass.
Dawn il-proġetti għandhom jiżguraw il-kapaċità ta’ aċċess fil-futur għal swieq ġodda tal-enerġija, inkluż l-idroġenu.
|
|
Artikolu 24 2.
|
Il-promoturi tal-proġetti għandhom jipprovdu biżżejjed evidenza dwar kif l-interkonnessjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 se jippermettu aċċess għal swieq ġodda tal-enerġija, inkluż l-idroġenu, f’konformità mal-miri klimatiċi u enerġentiċi ġenerali tal-Unjoni. Tali evidenza għandha tinkludi valutazzjoni tal-provvista u tad-domanda għal idroġenu rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, kif ukoll kalkolu tat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra miksuba bis-saħħa tal-proġett. Il-Kummissjoni għandha tivverifika regolarment dik il-valutazzjoni u dak il-kalkolu, kif ukoll l-implimentazzjoni f’waqtha tal-proġett.
|
|
Artikolu 24 3.
|
Minbarra l-kriterji speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 19 għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, l-interkonnessjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitfasslu bil-ħsieb li jiżguraw aċċess għas-swieq futuri tal-enerġija, inkluż l-idroġenu, ma għandhomx iwasslu għal estensjoni tal-ħajja tal-assi tal-gass naturali u għandhom jiżguraw l-interoperabbiltà transfruntiera tan-networks ġirien. Kwalunkwe eliġibbiltà għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont l-Artikolu 18 għandha tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2027.
|
|
Artikolu 24 4.
|
Kwalunkwe talba għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni għal xogħlijiet għandha turi b’mod ċar l-għan li l-assi jiġi kkonvertit f’assi ddedikat tal-idroġenu sal-2036 jekk il-kundizzjonijiet tas-suq jippermettu, permezz ta’ pjan direzzjonali bi skeda ta’ żmien preċiża.
|
|
Artikolu 24 5.
|
Id-deroga stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tapplika sakemm Ċipru jew Malta, rispettivament, ikunu interkonnessi direttament man-network trans-Ewropew tal-gass jew sal-31 ta’ Diċembru 2029, skont liema data tiġi l-ewwel.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|