|
+ANNESS III LISTI REĠJONALI TA’ PROĠETTI |
ANNESS III LISTI REĠJONALI TA’ PROĠETTI
ANNESS III LISTI REĠJONALI TA’ PROĠETTI 1. REGOLI GĦALL-GRUPPI (1) Fir-rigward tal-infrastruttura tal-enerġija li taqa’ taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, kull Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, it-TSOs, kif ukoll il-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-entità tad-DSO tal-UE u jew l-ENTSO tal-Elettriku jew l-ENTSO tal-Gass. Għall-kategoriji l-oħra tal-infrastruttura tal-enerġija, kull Grupp għandu jkun magħmul mill-Kummissjoni u minn rappreżentanti tal-Istati Membri, il-promoturi tal-proġetti kkonċernati minn kull prijorità rilevanti stipulata fl-Anness I. (2) Skont in-numru ta’ proġetti kandidati għal-lista tal-Unjoni, in-nuqqasijiet fl-infrastruttura reġjonali u l-iżviluppi tas-suq, il-Gruppi u l-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Gruppi jistgħu jinqasmu, jingħaqdu jew jiltaqgħu f’konfigurazzjonijiet differenti, kif meħtieġ, biex jiddiskutu kwistjonijiet komuni għall-Gruppi kollha jew li jappartjenu biss għal reġjuni partikolari. Kwistjonijiet bħal dawn jistgħu jinkludu kwistjonijiet rilevanti għall-konsistenza bejn ir-reġjuni jew l-għadd ta’ proġetti proposti inklużi fl-abbozzi tal-listi reġjonali f’riskju li ma jkunux jistgħu jiġu ġestiti. (3) Kull Grupp għandu jorganizza l-ħidma tiegħu f’konformità mal-isforzi għall-kooperazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/943, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 61 tad-Direttiva (UE) 2019/944, u l-istrutturi eżistenti oħra ta’ kooperazzjoni reġjonali. (4) Kull Grupp għandu jistieden, kif xieraq għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-kurituri u l-oqsma rilevanti ta’ infrastruttura tal-enerġija ta’ prijorità indikati fl-Anness I, il-promoturi ta’ proġett li potenzjalment jista’ jkun eliġibbli għall-għażla bħala proġett ta’ interess komuni kif ukoll rappreżentanti tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, tal-awtoritajiet regolatorji, tas-soċjetà ċivili u tat-TSOs minn pajjiżi terzi. Id-deċiżjoni li jiġu mistiedna rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi għandha tittieħed b’approvazzjoni. (5) Għall-kurituri prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I, kull Grupp għandu jistieden, kif xieraq, rappreżentanti tal-Istati Membri mingħajr kosta, tal-awtoritajiet kompetenti, tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tat-TSOs. (6) Kull Grupp għandu jistieden, kif xieraq, lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż rappreżentanti minn pajjiżi terzi, u, meta jitqies xieraq, direttament lill-partijiet ikkonċernati, inkluż lill-produtturi, lid-DSOs, lill-fornituri, lill-konsumaturi, lill-popolazzjonijiet lokali u lill-organizzazzjonijiet ibbażati fl-Unjoni għall-protezzjoni tal-ambjent biex jesprimu l-għarfien espert speċifiku tagħhom. Kull Grupp għandu jorganizza smigħ jew konsultazzjonijiet meta jkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. (7) Fir-rigward tal-laqgħat tal-Gruppi, il-Kummissjoni għandha tippubblika, fuq pjattaforma aċċessibbli għall-partijiet ikkonċernati, ir-regoli interni, lista aġġornata tal-organizzazzjonijiet membri, informazzjoni aġġornata regolarment dwar il-progress tal-ħidma, l-aġendi tal-laqgħat, kif ukoll il-minuti tal-laqgħat, fejn disponibbli. Id-deliberazzjonijiet tal-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Gruppi u l-klassifikazzjoni tal-proġetti skont l-Artikolu 4(5) għandhom ikunu kunfidenzjali. Id-deċiżjonijiet kollha dwar il-funzjonament u l-ħidma tal-gruppi reġjonali għandhom jittieħdu b’approvazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. (8) Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Gruppi għandhom jagħmlu ħilithom biex ikun hemm konsistenza bejn il-Gruppi. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jiżguraw, meta jkun rilevanti, l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-ħidma kollha li tirrappreżenta interess interreġjonali bejn il-Gruppi kkonċernati. (9) Il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Aġenzija fil-Gruppi m’għandhiex tipperikola t-twettiq tal-objettivi u d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament jew skont ir-Regolament (UE) 2019/942, l-Artikoli 40 u 41 tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikoli 58, 59 u 60 tad-Direttiva (UE) 2019/944. 2. PROĊESS BIEX JIĠU STABBILITI LISTI REĠJONALI (1) Il-promoturi ta’ proġett li jkun potenzjalment eliġibbli biex jintgħażel bħala proġett fil-lista tal-Unjoni li jixtiequ jiksbu dak l-istatus għandhom jissottomettu applikazzjoni għall-għażla bħala proġett fil-lista tal-Unjoni lill-Grupp li jinkludi:
(a)
valutazzjoni tal-proġetti tagħhom fir-rigward tal-kontribut tagħhom għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet stabbiliti fl-Anness I;
(b)
indikazzjoni tal-kategorija tal-proġett rilevanti kif stabbilit fl-Anness II;
(c)
analiżi dwar l-issodisfar tal-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 4;
(d)
fir-rigward tal-proġetti li jkunu laħqu grad suffiċjenti ta’ maturità, analiżi kost-benefiċċji speċifika għall-proġett konsistenti mal-metodoloġiji mfassla skont l-Artikolu 11;
(e)
għal proġetti ta’ interess reċiproku, l-ittri ta’ appoġġ mill-gvernijiet tal-pajjiżi affettwati direttament fejn jesprimu l-appoġġ tagħhom għall-proġett jew ftehimiet oħra mhux vinkolanti;
(f)
kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għall-evalwazzjoni tal-proġett. (2) Id-destinatarji kollha għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva. (3) Il-proġetti proposti għat-trażmissjoni u l-ħżin tal-elettriku ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punti (1)(a), (b), (c), (d) u (f) tal-Anness II għal dan ir-Regolament għandhom ikunu parti mill-aħħar pjan ta’ għaxar snin disponibbli għall-iżvilupp tan-network tal-elettriku għall-Unjoni kollha, żviluppat mill-ENTSO tal-Elettriku skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2019/943. Il-proġetti proposti għat-trażmissjoni tal-elettriku ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stipulati fil-punt (1)(b) u (f) tal-Anness II għal dan ir-Regolament għandhom jirriżultaw mill-iżvilupp tan-network u t-tisħiħ tal-grilji integrati lil hinn mill-kosta msemmija fl-Artikolu 14(2) ta’ dan ir-Regolament u jkunu konsistenti magħhom. (4) Mill-1 ta’ Jannar 2024, il-proġetti proposti għall-idroġenu ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (3) tal-Anness II għal dan ir-Regolament huma proġetti li huma parti mill-aħħar pjan ta’ għaxar snin disponibbli għall-iżvilupp tan-network tal-gass għall-Komunità kollha, żviluppat mill-ENTSO tal-Gass skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009. (5) Sat-30 ta’ Ġunju 2022 u, sussegwentement, għal kull pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom joħorġu linji gwida aġġornati għall-inklużjoni ta’ proġetti fil-pjan rispettiv tagħhom ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, kif imsemmi fil-punti (3) u (4), sabiex jiġu żgurati t-trattament indaqs u t-trasparenza tal-proċess. Għall-proġetti kollha fil-lista tal-Unjoni fis-seħħ dak iż-żmien, il-linji gwida għandhom jistabbilixxu proċess simplifikat għall-inklużjoni fil-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha billi jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dokumentazzjoni u d-data diġà sottomessa matul il-proċessi preċedenti tal-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha dejjem jekk id-dokumentazzjoni i d-data diġà ppreżentata jibqgħu validi. L-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija dwar l-abbozzi ta’ linji gwida rispettivi tagħhom għall-inklużjoni ta’ proġetti fil-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha u jqisu kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija qabel il-pubblikazzjoni tal-linji gwida finali. (6) Il-proġetti proposti għat-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu fil-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (5) tal-Anness II għandhom jiġu ppreżentati bħala parti minn pjan, żviluppat minn tal-inqas żewġ Stati Membri, għall-iżvilupp ta’ infrastruttura għat-trasport u l-ħżin transfruntiera tad-diossidu tal-karbonju, li għandu jiġi ppreżentat mill-Istati Membri kkonċernati jew mill-entitajiet maħtura minn dawk l-Istati Membri lill-Kummissjoni. (7) L-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jipprovdu informazzjoni lill-Gruppi dwar kif japplikaw il-linji gwida biex jevalwaw l-inklużjoni fil-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopru l-Unjoni kollha. (8) Għall-proġetti li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, meta jkun hemm bżonn, l-Aġenzija għandhom, kull fejn ikun possibbli fil-kuntest tal-kooperazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 61 tad-Direttiva (UE) 2019/944, jivverifikaw li l-kriterji u l-metodoloġija ta’ analiżi kost-benefiċċji ikunu qegħdin jiġu applikati b’mod konsistenti u jevalwaw ir-rilevanza transfruntiera tagħhom. Huma għandhom jippreżentaw l-evalwazzjoni tagħhom lill-Grupp. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kriterji u l-metodoloġiji msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament u l-Anness IV jiġu applikati b’mod armonizzat biex tiġi żgurata l-konsistenza fost il-gruppi reġjonali. (9) Għall-proġetti kollha mhux koperti fil-punt (8) ta’ dan l-Anness, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-potenzjal għal estensjoni futura biex jiġu inklużi Stati Membri addizzjonali. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-evalwazzjoni tagħha lill-Grupp. Għall-proġetti li japplikaw għall-istatus ta’ proġett ta’ interess reċiproku, ir-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi u l-awtoritajiet regolatorji għandhom jiġu mistiedna għall-preżentazzjoni tal-valutazzjoni. (10) Kull Stat Membru li proġett propost ma jkollux x’jaqsam mat-territorju tiegħu imma li jista’ jkollu impatt pożittiv nett potenzjali jew effett sinifikanti potenzjali fuqu, bħal fuq l-ambjent jew fuq l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija fit-territorju tiegħu, jista’ jippreżenta opinjoni lill-Grupp fejn jispeċifika t-tħassib tiegħu. (11) Il-Grupp għandu jeżamina, fuq talba ta’ Stat Membru tal-Grupp, ir-raġunijiet motivati ppreżentati minn Stat Membru skont l-Artikolu 3(3) talli ma jkunx approva proġett relatat mat-territorju tiegħu. (12) Il-Grupp għandu jikkunsidra jekk il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” huwiex applikat fir-rigward tal-istabbiliment tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura reġjonali u fir-rigward ta’ kull wieħed mill-proġetti kandidati. Il-Grupp għandu, b’mod partikolari, jikkunsidra soluzzjonijiet bħall-ġestjoni mil-lat tad-domanda, soluzzjonijiet ta’ arranġament tas-suq, implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali, u r-rinnovazzjoni tal-bini bħala soluzzjonijiet ta’ prijorità fejn jitqiesu aktar kosteffiċjenti fuq perspettiva tas-sistema kollha mill-kostruzzjoni ta’ infrastruttura ġdida mil-lat tal-provvista. (13) Il-Grupp għandu jiltaqa’ biex jeżamina u jikklassifika l-proġetti proposti abbażi ta’ valutazzjoni trasparenti tal-proġetti u billi juża l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4, waqt li jqis l-evalwazzjoni tar-regolaturi, jew l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-proġetti li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. (14) L-abbozzi tal-listi reġjonali tal-proġetti proposti li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali mfassla mill-Gruppi, flimkien ma’ kwalunkwe opinjoni kif speċifikat fil-punt (10) ta’ din it-Taqsima, għandhom jiġu sottomessi lill-Aġenzija sitt xhur qabel id-data ta’ adozzjoni tal-lista tal-Unjoni. L-abbozzi tal-listi reġjonali u l-opinjonijiet akkumpanjanti għandhom jiġu evalwati mill-Aġenzija fi żmien tliet xhur mid-data meta tirċevihom. L-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni dwar l-abbozzi tal-listi reġjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni konsistenti tal-kriterji u tal-analiżi kost-benefiċċji bejn reġjun u ieħor. L-opinjoni tal-Aġenzija għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) 2019/942. (15) Fi żmien xahar mid-data meta jirċievi l-opinjoni tal-Aġenzija, il-korp tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ kull Grupp għandu jadotta l-lista reġjonali finali tiegħu ta’ proġetti proposti, filwaqt li jirrispetta d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(3), abbażi tal-proposta tal-Gruppi u waqt li jqis l-opinjoni tal-Aġenzija u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali sottomessi f’konformità mal-punt (8), jew il-valutazzjoni tal-Kummissjoni għall-proġetti li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali proposti f’konformità mal-punt (9), u l-parir mill-Kummissjoni bil-għan li jiġi żgurat għadd totali maniġġabbli ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni, speċjalment fuq il-fruntieri relatati ma’ proġetti li jkunu qed jikkompetu, jew potenzjalment jikkompetu, ma’ xulxin. Il-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Gruppi għandhom jissottomettu l-listi reġjonali finali lill-Kummissjoni, flimkien ma’ kwalunkwe opinjoni kif speċifikat fil-punt (10). (16) Meta, abbażi tal-abbozzi ta’ listi reġjonali, u wara li tkun qieset l-opinjoni tal-Aġenzija, l-għadd totali ta’ proġetti proposti fuq il-lista tal-Unjoni jkun jaqbeż għadd maniġġabbli, il-Kummissjoni għandha tagħti parir lil kull Grupp ikkonċernat biex dawk il-proġetti li jkunu ġew ikklassifikati fl-iżjed pożizzjonijiet baxxi mill-Grupp ikkonċernat skont il-klassifika stabbilita skont l-Artikolu 4(5) ma jiġux inklużi fil-lista reġjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|