+Artikolu 12 Stabbiliment u manutenzjoni ta’ sistemi ta’ diliġenza dovuta, rappurtar u żamma ta’ rekords
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
|
Artikolu 12 Stabbiliment u manutenzjoni ta’ sistemi ta’ diliġenza dovuta, rappurtar u żamma ta’ rekords
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Sabiex jeżerċitaw id-diliġenza dovuta f’konformità mal-Artikolu 8, l-operaturi għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornat qafas ta’ proċeduri u miżuri biex jiżguraw li l-prodotti rilevanti li jintroduċu fis-suq jew li jesportaw jikkonformaw mal-Artikolu 3 (“is-sistema ta’ diliġenza dovuta”).
|
|
Artikolu 12 2.
|
L-operaturi għandhom jirrieżaminaw is-sistema ta’ diliġenza dovuta mill-anqas darba fis-sena. Fejn l-operaturi jsiru bi żviluppi ġodda li jistgħu jinfluwenzaw is-sistema tad-diliġenza dovuta, huma għandhom jaġġornaw is-sistema ta’ diliġenza dovuta sabiex dawn iqisu dawk l-iżviluppi għal ħames snin. L-operaturi għandhom iżommu rekord ta’ tali aġġornamenti fis-sistemi ta’ diliġenza dovuta tagħhom għal ħames snin.
|
|
Artikolu 12 3.
|
L-operaturi li ma jaqgħux fil-kategoriji ta’ SMEs, inkluż mikrointrapriżi, jew persuni fiżiċi għandhom, fuq bażi annwali, jirrappurtaw pubblikament bl-aktar mod wiesa’ possibbli, inkluż permezz tal-Internet, dwar is-sistema tad-diliġenza dovuta tagħhom, inkluż dwar il-passi li ħadu biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom kif jinsabu fl-Artikolu 8. L-operaturi li jaqgħu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ atti legali oħra tal-Unjoni li jistabbilixxu rekwiżiti rigward id-diliġenza dovuta tal-katina tal-valur jistgħu jissodisfaw l-obbligi ta’ rappurtar skont dan il-paragrafu billi jinkludu l-informazzjoni mitluba meta jirrappurtaw fil-kuntest ta’ dawk l-atti legali l-oħra tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 12 4.
|
Mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, ir-rapportar kif imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti:
(a)
sommarju tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c);
(b)
il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont l-Artikolu 10 u l-miżuri meħuda skont l-Artikolu 11 u deskrizzjoni tal-informazzjoni u l-evidenza miksuba u użata biex jiġi vvalutat ir-riskju;
(c)
fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-proċess ta’ konsultazzjoni mal-popli indiġeni, il-komunitajiet lokali u detenturi oħra tad-drittijiet konswetudinarji għall-pussess tal-art jew mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma preżenti fiż-żona tal-produzzjoni tal-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti.
|
|
Artikolu 12 5.
|
L-operaturi għandhom iżommu għal mill-anqas ħames snin id-dokumentazzjoni kollha relatata mad-diliġenza dovuta, bħar-rekords, il-miżuri u l-proċeduri kollha skont l-Artikolu 8. Huma għandhom jagħmlu dik id-dokumentazzjoni disponibbli lill-awtorità kompetenti fuq talba.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|