|
+Artikolu 22 1. |
Artikolu 22 1.Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku u lill-Kummissjoni, l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament matul is-sena kalendarja preċedenti. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi:
(a)
il-pjanijiet tal-verifiki u l-kriterji tar-riskju li fuqhom kienu bbażati dawk il-pjanijiet;
(b)
l-għadd u r-riżultati tal-verifiki mwettqa fuq l-operaturi, l-operaturi downstream u n-negozjanti u l-għadd totali ta’ operaturi, operaturi downstream mhux SMEs u negozjanti mhux SMEs, inkluż it-tipi ta’ nuqqas ta’ konformità identifikati;
(c)
il-kwantità ta’ prodotti rilevanti vverifikati b’rabta mal-kwantità totali ta’ prodotti rilevanti introdotti fis-suq jew esportati li jkunu koperti minn dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament; il-pajjiżi tal-produzzjoni; għal prodotti rilevanti li jkunu qed jidħlu fis-suq jew li joħorġu minnu, il-kwantità trid tiġi espressa f’kilogrammi tal-massa netta u, fejn applikabbli, fl-unità supplimentari stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 li tikkorrispondi għall-kodiċi tas-Sistema Armonizzata indikata, jew fil-każijiet l-oħra kollha, il-kwantità għandha tiġi espressa f’massa netta, jew fejn ikun applikabbli, f’volum nett jew f’ għadd ta’ unitajiet; unità supplimentari hi applikabbli fejn tkun iddefinita b’mod konsistenti għas-subintestaturi kollha possibbli skont il-kodiċi tas-Sistema Armonizzata msemmi fid-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta;
(d)
f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, l-azzjoni korrettiva meħuda skont l-Artikolu 24 l-penali imposti skont l-Artikolu 25;
(e)
il-perċentwal ta’ verifiki mwettqa bi twissijiet minn qabel skont l-Artikolu 16(13), li l-użu tagħhom għandu jiġi ġġustifikat mill-awtoritajiet kompetenti fir-rapporti tal-verifiki tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|