+Artikolu 22 Rappurtar
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.

Artikolu 22 Rappurtar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1.

Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku u lill-Kummissjoni, l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament matul is-sena kalendarja preċedenti. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi:

(a) 

il-pjanijiet tal-verifiki u l-kriterji tar-riskju li fuqhom kienu bbażati dawk il-pjanijiet;

▼M2

(b) 

l-għadd u r-riżultati tal-verifiki mwettqa fuq l-operaturi, l-operaturi downstream u n-negozjanti u l-għadd totali ta’ operaturi, operaturi downstream mhux SMEs u negozjanti mhux SMEs, inkluż it-tipi ta’ nuqqas ta’ konformità identifikati;

(c) 

il-kwantità ta’ prodotti rilevanti vverifikati b’rabta mal-kwantità totali ta’ prodotti rilevanti introdotti fis-suq jew esportati li jkunu koperti minn dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament; il-pajjiżi tal-produzzjoni; għal prodotti rilevanti li jkunu qed jidħlu fis-suq jew li joħorġu minnu, il-kwantità trid tiġi espressa f’kilogrammi tal-massa netta u, fejn applikabbli, fl-unità supplimentari stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 li tikkorrispondi għall-kodiċi tas-Sistema Armonizzata indikata, jew fil-każijiet l-oħra kollha, il-kwantità għandha tiġi espressa f’massa netta, jew fejn ikun applikabbli, f’volum nett jew f’ għadd ta’ unitajiet; unità supplimentari hi applikabbli fejn tkun iddefinita b’mod konsistenti għas-subintestaturi kollha possibbli skont il-kodiċi tas-Sistema Armonizzata msemmi fid-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta;

▼B

(d) 

f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, l-azzjoni korrettiva meħuda skont l-Artikolu 24 l-penali imposti skont l-Artikolu 25;

(e) 

il-perċentwal ta’ verifiki mwettqa bi twissijiet minn qabel skont l-Artikolu 16(13), li l-użu tagħhom għandu jiġi ġġustifikat mill-awtoritajiet kompetenti fir-rapporti tal-verifiki tagħhom.

Artikolu 22 2.
Sat-30 ta’ Ottubru ta’ kull sena, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, ħarsa ġenerali li tkopri l-Unjoni kollha tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament abbażi tad-data ppreżentata mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.