+Artikolu 24 Azzjoni korrettiva f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.

Artikolu 24 Azzjoni korrettiva f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25, meta l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu li operatur, operatur downstream jew negozjant ma jkunx ikkonforma ma’ dan ir-Regolament jew li prodott rilevanti introdott jew imqiegħed fis-suq jew esportat ma jkunx konformi, huma għandhom mingħajr dewmien jeħtieġu li l-operatur, l-operatur downstream jew in-negozjant jieħu azzjoni korrettiva xierqa u proporzjonata sabiex itemm in-nuqqas ta’ konformità f’perjodu ta’ żmien speċifikat u raġonevoli.
Artikolu 24 2.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-azzjoni korrettiva meħtieġa li għandha tittieħed mill-operatur, mill-operatur downstream jew min-negozjant għandha tinkludi mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin, kif ikun applikabbli:

(a) 

ir-rettifika ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità formali, b’mod partikolari mar-rekwiżiti tal-Kapitolu 2;

(b) 

il-prevenzjoni tal-prodott rilevanti milli jiġi introdott jew imqiegħed fis-suq jew milli jiġi esportat;

(c) 

l-irtirar jew is-sejħa lura minnufih tal-prodott rilevanti;

(d) 

id-donazzjoni tal-prodott rilevanti għal skopijiet ta’ karità jew ta’ interess pubbliku jew, jekk dak ma jkunx possibbli, ir-rimi tiegħu f’konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar l-immaniġġjar tal-iskart.

Artikolu 24 3.
Irrispettivament mill-azzjoni korrettiva meħuda skont il-paragrafu 2, l-operatur, l-operatur downstream jew in-negozjant għandu jindirizza kwalunkwe nuqqas fis-sistema ta’ diliġenza dovuta bil-ħsieb li jipprevjeni r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità ulterjuri ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 24 4.
Jekk l-operatur, l-operatur downstream jew in-negozjant jonqos milli jieħu azzjoni korrettiva kif imsemmija fil-paragrafu 2 fil-perjodu ta’ żmien speċifikat mill-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 1, jew fejn jippersisti n-nuqqas ta’ konformità kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, wara dak il-perjodu ta’ żmien, jiżguraw l-applikazzjoni tal-azzjoni korrettiva meħtieġa msemmija fil-paragrafu 2 bil-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħhom skont il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.