Artikolu 23
L-Istati Membri għandhom jipprevedu l-possibbiltà li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jieħdu miżuri interim immedjati, inkluż is-sekwestru tal-komoditajiet rilevanti jew tal-prodotti rilevanti, jew is-sospensjoni tal-introduzzjoni jew it-tqegħid fis-suq jew l-esportazzjoni tal-komoditajiet rilevanti jew tal-prodotti rilevanti, meta tinstab nuqqas ta’ konformità potenzjali ma’ dan ir-Regolament abbażi ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
l-eżami tal-evidenza jew informazzjoni rilevanti oħra, inkluż informazzjoni skambjata skont l-Artikolu 21 jew tħassib sostanzjat imressaq skont l-Artikolu 31;
(b)
il-verifiki msemmija fl-Artikoli 18 u 19;
(c)
l-identifikazzjoni tar- riskji mis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33.
Fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra dwar tali miżuri.