+Artikolu 27 Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.
|
Artikolu 27 Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27 1.
|
Sabiex jippermettu l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju msemmi fl-Artikolu 16(5) għall-prodotti rilevanti li jidħlu jew joħorġu mis-suq u sabiex jiżguraw li l-verifiki jkunu effettivi u mwettqa f’konformità ma’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet doganali għandhom jikkooperaw mill-qrib u jiskambjaw informazzjoni.
|
|
Artikolu 27 2.
|
L-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw f’konformità mal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u jiskambjaw informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, inkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi.
|
|
Artikolu 27 3.
|
L-awtoritajiet doganali jistgħu jikkomunikaw, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, informazzjoni kunfidenzjali miksuba mill-awtoritajiet doganali matul il-qadi ta’ dmirijiethom, jew ipprovduta lill-awtoritajiet doganali fuq bażi kunfidenzjali, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih l-operatur, l-operatur downstream, in-negozjant jew ir-rappreżentant awtorizzat ikun stabbilit.
|
|
Artikolu 27 4.
|
Meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu rċevew informazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu, dawk l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra f’konformità mal-Artikolu 21(3).
|
|
Artikolu 27 5.
|
L-informazzjoni relatata mar-riskji għandha tiġi skambjata kif ġej:
(a)
bejn l-awtoritajiet doganali f’konformità mal-Artikolu 46(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;
(b)
bejn l-awtoritajiet doganali u l-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;
(c)
bejn l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra, f’konformità mal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|