+Artikolu 30 Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
|
Artikolu 30 Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1.
|
Fil-limiti tal-isferi tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni f’isem l-Unjoni, u l-Istati Membri interessati, għandhom ikunu involuti f’approċċ koordinat mal-pajjiżi produtturi u ma’ partijiet minnhom li huma kkonċernati minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari dawk klassifikati li huma f’riskju għoli f’konformità mal-Artikolu 29, permezz ta’ sħubijiet eżistenti u futuri, u mekkaniżmi oħra rilevanti ta’ kooperazzjoni sabiex b’mod konġunt jindirizzaw il-kawżi fundamentali tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa qafas strateġiku komprensiv tal-Unjoni għal tali impenn u għandha tqis il-mobilizzazzjoni tal-istrumenti rilevanti kollha tal-Unjoni. Tali sħubijiet u mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni għandhom jiffokaw fuq il-konservazzjoni, ir-restawr u l-użu sostenibbli tal-foresti, id-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti, u t-tranżizzjoni lejn il-produzzjoni sostenibbli tal-komoditajiet, il-konsum, l-ipproċessar, u l-metodi ta’ kummerċ. Is-sħubijiet u l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni jistgħu jinkludu djalogi strutturati, arranġamenti amministrattivi, u ftehimiet eżistenti jew dispożizzjonijiet tagħhom, kif ukoll pjanijiet direzzjonali konġunti li jippermettu t-tranżizzjoni lejn produzzjoni agrikola li tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-popli indiġeni, il-komunitajiet lokali u l-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira u tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-atturi interessati kollha.
|
|
Artikolu 30 2.
|
Is-sħubijiet u l-kooperazzjoni għandhom jippermettu l-parteċipazzjoni sħiħa tal-partijiet ikkonċernati kollha, inkluż is-soċjetà ċivili, il-popli indiġeni, il-komunitajiet lokali, in-nisa, is-settur privat inkluż il-mikrointrapriżi u SMEs oħra, u l-azjenda ż-żgħar. Is-sħubijiet u l-kooperazzjoni għandhom ukoll jappoġġaw jew jibdew djalogu inklużiv u parteċipattiv lejn proċessi nazzjonali ta’ riforma legali u ta’ governanza biex tissaħħaħ il-governanza tal-foresti u jiġu indirizzati fatturi domestiċi li jikkontribwixxu għad-deforestazzjoni.
|
|
Artikolu 30 3.
|
Is-sħubijiet u l-kooperazzjoni għandhom jippromwovu l-iżvilupp ta’ proċessi ta’ ppjanar integrat tal-użu tal-art, leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiżi li jipproduċu, proċessi b’diversi partijiet ikkonċernati, inċentivi fiskali jew kummerċjali u għodod pertinenti oħra sabiex itejbu l-konservazzjoni tal-foresti u tal-bijodiversità, il-ġestjoni sostenibbli u r-restawr tal-foresti, jindirizzaw il-konverżjoni tal-foresti u tal-ekosistemi vulnerabbli għal użi oħra tal-art, jottimizzaw it-titjib għall-pajsaġġ, is-sigurtà taż-żamma tal-art, il-produttività u l-kompetittività tal-agrikoltura, u t-trasparenza tal-ktajjen tal-provvista, isaħħu d-drittijiet tal-komunitajiet dipendenti mill-foresti, inkluż l-azjendi agrikoli ż-żgħar, il-komunitajiet lokali u popli indiġeni, li d-drittijiet tagħhom huma stipulati fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, u jiżguraw l-aċċess pubbliku għad-dokumenti dwar il-ġestjoni tal-foresti u informazzjoni rilevanti oħra.
|
|
Artikolu 30 4.
|
Fil-limiti tal-isferi ta’ kompetenza tagħhom, il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, jew l-Istati Membri, jew it-tnejn li huma, għandhom jidħlu f’diskussjoni internazzjonali bilaterali u multilaterali dwar politiki u azzjonijiet għall-waqfien tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, inkluż f’fora multilaterali bħall- KDB, il-FAO, il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni, l-Assemblea tan-NU għall-Ambjent, il-Forum tan-NU dwar il-Foresti, il-UNFCCC, id-WTO, il-G7 u l-G20. Tali involviment għandu jinkludi l-promozzjoni tat-tranżizzjoni għall-produzzjoni agrikola sostenibbli u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti kif ukoll l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista trasparenti u sostenibbli kif ukoll l-sforzi kontinwi biex jiġu identifikati u maqbula standards u definizzjonijiet sodi li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-foresti u ta’ ekosistemi naturali oħra u d-drittijiet tal-bniedem relatati.
|
|
Artikolu 30 5.
|
Fil-limiti tal-isferi ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, u l-Istati Membri interessati għandhom jidħlu fi djalogu u kooperazzjoni ma’ pajjiżi konsumaturi ewlenin oħra, biex jippromwovu l-adozzjoni ta’ rekwiżiti ambizzjużi biex jimminimizzaw il-kontribut ta’ tali pajjiżi għad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, u kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fuq livell mondjali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|