|
+Artikolu 33 2. |
Artikolu 33 2.Mingħajr preġudizzju għat-twettiq tal-obbligi stabbiliti fil-Kapitoli 2 u 3, is-sistema tal-informazzjoni għandha tipprovdi mill-anqas il-funzjonalitajiet li ġejjin:
(a)
ir-reġistrazzjoni tal-operaturi u tan-negozjanti u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni; għall-operaturi li jintroduċu prodotti rilevanti skont il-proċedura doganali “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” jew “esportazzjoni”, in-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI) stabbilit skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, għandu jiġi inkluż fil-profil tar-reġistrazzjoni tagħhom;
(aa)
ir-reġistrazzjoni tal-operaturi downstream mhux SMEs u tan-negozjanti mhux SMEs f’konformità mal-Artikolu 5(2);
(b)
ir-reġistrazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta inkluż il-komunikazzjoni lill-operatur ikkonċernat ta’ numru ta’ referenza għal kull dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta li tkun ġiet ippreżentata permezz tas-sistema ta’ informazzjoni;
(c)
ir-reġistrazzjoni tad-dikjarazzjonijiet simplifikati ppreżentati mill-operaturi primarji mikro jew żgħar u l-assenjazzjoni ta’ identifikatur tad-dikjarazzjoni lill-operatur ikkonċernat;
(d)
fejn possibbli, il-konverżjoni ta’ data minn sistemi rilevanti biex tiġi identifikata l-ġeolokalizzazzjoni;
(e)
ir-reġistrazzjoni tal-eżitu tal-verifiki fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta;
(f)
l-interkonnessjoni mad-dwana permezz tal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana, f’konformità mal-Artikolu 28, inkluż biex jiġu permessi n-notifiki u t-talbiet imsemmija fl-Artikolu 26(6) sa (9);
(g)
l-għoti ta’ informazzjoni rilevanti b’appoġġ għat-tfassil tal-profil tar-riskju għall-pjan ta’ verifiki msemmi fl-Artikolu 16(5), inkluż ir-riżultati tal-verifiki, it-tfassil tal-profil tar-riskju tal-operaturi, tal-operaturi downstream, tan-negozjanti u komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti għall-fini tal-identifikazzjoni, abbażi ta’ tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data, tal-operaturi, tal-operaturi downstream u tan-negozjanti li għandhom jiġu vverifikati kif imsemmi fl-Artikolu 16(5), u prodotti rilevanti li għandhom jiġu vverifikati mill-awtoritajiet kompetenti;
(h)
il-faċilitazzjoni tal-assistenza u l-kooperazzjoni amministrattivi bejn l-awtoritajiet kompetenti, u bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni, sabiex jiskambjaw informazzjoni u data;
(i)
l-appoġġ għall-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi, l-operaturi downstream u n-negozjanti għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż, fejn xieraq, bl-użu ta’ għodod diġitali tal-ġestjoni tal-provvista. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|