+Artikolu 33 Sistema ta’ Informazzjoni
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
---+Artikolu 33 5.
|
Artikolu 33 Sistema ta’ Informazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1.
|
Sat-30 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u sussegwentement għanda żżomm sistema ta’ informazzjoni li għandu jkun fiha d-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta magħmula disponibbli skont l-Artikolu 4(2).
|
|
Artikolu 33 2.
|
Mingħajr preġudizzju għat-twettiq tal-obbligi stabbiliti fil-Kapitoli 2 u 3, is-sistema tal-informazzjoni għandha tipprovdi mill-anqas il-funzjonalitajiet li ġejjin:
(a)
ir-reġistrazzjoni tal-operaturi u tan-negozjanti u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni; għall-operaturi li jintroduċu prodotti rilevanti skont il-proċedura doganali “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” jew “esportazzjoni”, in-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI) stabbilit skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, għandu jiġi inkluż fil-profil tar-reġistrazzjoni tagħhom;
▼M2
(aa)
ir-reġistrazzjoni tal-operaturi downstream mhux SMEs u tan-negozjanti mhux SMEs f’konformità mal-Artikolu 5(2);
▼M2
(b)
ir-reġistrazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta inkluż il-komunikazzjoni lill-operatur ikkonċernat ta’ numru ta’ referenza għal kull dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta li tkun ġiet ippreżentata permezz tas-sistema ta’ informazzjoni;
(c)
ir-reġistrazzjoni tad-dikjarazzjonijiet simplifikati ppreżentati mill-operaturi primarji mikro jew żgħar u l-assenjazzjoni ta’ identifikatur tad-dikjarazzjoni lill-operatur ikkonċernat;
▼B
(d)
fejn possibbli, il-konverżjoni ta’ data minn sistemi rilevanti biex tiġi identifikata l-ġeolokalizzazzjoni;
(e)
ir-reġistrazzjoni tal-eżitu tal-verifiki fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta;
(f)
l-interkonnessjoni mad-dwana permezz tal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana, f’konformità mal-Artikolu 28, inkluż biex jiġu permessi n-notifiki u t-talbiet imsemmija fl-Artikolu 26(6) sa (9);
▼M2
(g)
l-għoti ta’ informazzjoni rilevanti b’appoġġ għat-tfassil tal-profil tar-riskju għall-pjan ta’ verifiki msemmi fl-Artikolu 16(5), inkluż ir-riżultati tal-verifiki, it-tfassil tal-profil tar-riskju tal-operaturi, tal-operaturi downstream, tan-negozjanti u komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti għall-fini tal-identifikazzjoni, abbażi ta’ tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data, tal-operaturi, tal-operaturi downstream u tan-negozjanti li għandhom jiġu vverifikati kif imsemmi fl-Artikolu 16(5), u prodotti rilevanti li għandhom jiġu vverifikati mill-awtoritajiet kompetenti;
▼B
(h)
il-faċilitazzjoni tal-assistenza u l-kooperazzjoni amministrattivi bejn l-awtoritajiet kompetenti, u bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni, sabiex jiskambjaw informazzjoni u data;
▼M2
(i)
l-appoġġ għall-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi, l-operaturi downstream u n-negozjanti għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż, fejn xieraq, bl-użu ta’ għodod diġitali tal-ġestjoni tal-provvista.
|
|
Artikolu 33 3.
|
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli għall-funzjonament tas-sistema ta’ informazzjoni skont dan l-Artikolu, inkluż:
(a)
regoli għall-protezzjoni ta’ data personali u l-iskambju ta’ data ma’ sistemi oħra tal-IT;
(b)
arranġamenti ta’ kontinġenza f’każ tan-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-funzjonalitajiet tas-sistema ta’ informazzjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 36(2).
|
|
Artikolu 33 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi aċċess għal dik is-sistema ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet doganali, lill-awtoritajiet kompetenti, lill-operaturi, lill-operatur downstream u lin-negozjanti u, jekk ikun applikabbli, lir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, f’konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 33 5.
|
F’konformità mal-Politika tad-Data Miftuħa tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tipprovdi aċċess għall-pubbliku inġenerali għas-settijiet tad-data anonimizzati sħaħ tas-sistema tal-informazzjoni f’format miftuħ li jista’ jinqara mill-magni u li jiżgura l-interoperabbiltà, l-użu mill-ġdid u l-aċċessibbiltà.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|