+Artikolu 34 Rieżami
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 1a.
---+Artikolu 34 2.

Artikolu 34 Rieżami

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 34 1.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 35 biex temenda l-Anness I fir-rigward tal-kodiċijiet NM rilevanti ta’ prodotti rilevanti li fihom, ġew mitmugħa jew li saru bl-użu ta’ komoditajiet rilevanti.
Artikolu 34 1a.
Sat-30 ta’ April 2026, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ simplifikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u abbażi ta’ dan, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjat, meta dan ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva.
Artikolu 34 2.

Sat-30 ta’ Ġunju 2030 u mill-inqas kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ġenerali ta’ dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva. L-ewwel wieħed mir-rapporti għandu jinkludi b’mod partikolari, abbażi ta’ studji speċifiċi, evalwazzjoni ta’:

(a) 

il-ħtieġa ta’ għodod addizzjonali għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ u l-fattibbiltà tagħhom — u b’mod partikolari għall-pajjiżi l-inqas żviluppati li dan ir-Regolament iħalli impatt qawwi fuqhom u l-pajjiżi jew partijiet minnhom ikklassifikati bħala ta’ riskju standard jew għoli — sabiex jappoġġaw il-ksib tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-bdiewa, partikolarment dawk b’azjenda agrikola żgħira, il-Popli Indiġeni u l-komunitajiet lokali u l-ħtieġa possibbli ta’ appoġġ addizzjonali għat-tranżizzjoni lejn ktajjen tal-provvista sostenibbli u għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(c) 

l-estensjoni ulterjuri tad-definizzjoni ta’ degradazzjoni tal-foresti, abbażi ta’ analiżi fil-fond, u filwaqt li jitqies il-progress li sar fid-diskussjonijiet internazzjonali dwar il-kwistjoni;

(d) 

il-limitu għall-użu obbligatorju tal-poligoni kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt (28), filwaqt li jitqies l-impatt tiegħu fuq l-indirizzar tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti;

(e) 

bidliet fix-xejriet kummerċjali tal-komoditajiet rilevanti u tal-prodotti rilevanti inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament meta dawk il-bidliet jistgħu jkunu indikazzjoni ta’ prattika ta’ ċirkomvenzjoni;

(f) 

valutazzjoni ta’ jekk il-verifiki mwettqa kinux effettivi biex jiżguraw li l-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti mqiegħda fis-suq jew esportati jikkonformaw mal-Artikolu 3;

(g) 

l-estensjoni possibbli tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament biex jinkludi art imsaġġra oħra u d-data limitu msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (13), bil-ħsieb li jiġi minimizzat il-kontribut tal-Unjoni għall-konverżjoni u d-degradazzjoni tal-ekosistemi naturali;

(h) 

l-estensjoni possibbli tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal ekosistemi naturali oħra, inkluż art oħra b’ħażniet kbar ta’ karbonju u b’valur għoli ta’ bijodiversità bħal bwar, torbieri u artijiet mistagħdra;

(i) 

l-impatt tal-komoditajiet rilevanti fuq id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, kif indikat minn evidenza xjentifika, u filwaqt li jitqiesu l-bidliet fil-konsum, inkluż il-ħtieġa u l-fattibbiltà li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal iktar komoditajiet, inkluż il-qamħirrum, u tal-emendar jew tal-estensjoni tal-lista ta’ prodotti rilevanti, inkluż l-inklużjoni potenzjali tal-bijokarburanti (Kodiċi SA 382600) fl-Anness I;

(j) 

ir-rwol tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-prevenzjoni tal-flussi finanzjarji li jikkontribwixxu direttament jew indirettament għad-deforestazzjoni u għad-degradazzjoni tal-foresti u l-ħtieġa li jiġi previst kwalunkwe obbligu speċifiku għall-istituzzjonijiet finanzjarji fl-atti legali tal-Unjoni;

(k) 

ir-rwol tal-operaturi downstream u tan-negozjanti fl-iżgurar li l-ktajjen tal-provvista ikunu mingħajr deforestazzjoni u li dan ir-Regolament jilħaq l-objettivi tiegħu;

(l) 

ir-rwol tal-operaturi primarji mikro jew żgħar fl-iżgurar li l-produzzjoni tkun mingħajr deforestazzjoni u li dan ir-Regolament jilħaq l-objettivi tiegħu, u r-riskju possibbli ta’ ċirkomvenzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.