|
+Artikolu 34 2. |
Artikolu 34 2.Sat-30 ta’ Ġunju 2030 u mill-inqas kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ġenerali ta’ dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva. L-ewwel wieħed mir-rapporti għandu jinkludi b’mod partikolari, abbażi ta’ studji speċifiċi, evalwazzjoni ta’:
(a)
il-ħtieġa ta’ għodod addizzjonali għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ u l-fattibbiltà tagħhom — u b’mod partikolari għall-pajjiżi l-inqas żviluppati li dan ir-Regolament iħalli impatt qawwi fuqhom u l-pajjiżi jew partijiet minnhom ikklassifikati bħala ta’ riskju standard jew għoli — sabiex jappoġġaw il-ksib tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament;
(b)
l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-bdiewa, partikolarment dawk b’azjenda agrikola żgħira, il-Popli Indiġeni u l-komunitajiet lokali u l-ħtieġa possibbli ta’ appoġġ addizzjonali għat-tranżizzjoni lejn ktajjen tal-provvista sostenibbli u għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;
(c)
l-estensjoni ulterjuri tad-definizzjoni ta’ degradazzjoni tal-foresti, abbażi ta’ analiżi fil-fond, u filwaqt li jitqies il-progress li sar fid-diskussjonijiet internazzjonali dwar il-kwistjoni;
(d)
il-limitu għall-użu obbligatorju tal-poligoni kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt (28), filwaqt li jitqies l-impatt tiegħu fuq l-indirizzar tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti;
(e)
bidliet fix-xejriet kummerċjali tal-komoditajiet rilevanti u tal-prodotti rilevanti inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament meta dawk il-bidliet jistgħu jkunu indikazzjoni ta’ prattika ta’ ċirkomvenzjoni;
(f)
valutazzjoni ta’ jekk il-verifiki mwettqa kinux effettivi biex jiżguraw li l-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti mqiegħda fis-suq jew esportati jikkonformaw mal-Artikolu 3;
(g)
l-estensjoni possibbli tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament biex jinkludi art imsaġġra oħra u d-data limitu msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (13), bil-ħsieb li jiġi minimizzat il-kontribut tal-Unjoni għall-konverżjoni u d-degradazzjoni tal-ekosistemi naturali;
(h)
l-estensjoni possibbli tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal ekosistemi naturali oħra, inkluż art oħra b’ħażniet kbar ta’ karbonju u b’valur għoli ta’ bijodiversità bħal bwar, torbieri u artijiet mistagħdra;
(i)
l-impatt tal-komoditajiet rilevanti fuq id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, kif indikat minn evidenza xjentifika, u filwaqt li jitqiesu l-bidliet fil-konsum, inkluż il-ħtieġa u l-fattibbiltà li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal iktar komoditajiet, inkluż il-qamħirrum, u tal-emendar jew tal-estensjoni tal-lista ta’ prodotti rilevanti, inkluż l-inklużjoni potenzjali tal-bijokarburanti (Kodiċi SA 382600) fl-Anness I;
(j)
ir-rwol tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-prevenzjoni tal-flussi finanzjarji li jikkontribwixxu direttament jew indirettament għad-deforestazzjoni u għad-degradazzjoni tal-foresti u l-ħtieġa li jiġi previst kwalunkwe obbligu speċifiku għall-istituzzjonijiet finanzjarji fl-atti legali tal-Unjoni;
(k)
ir-rwol tal-operaturi downstream u tan-negozjanti fl-iżgurar li l-ktajjen tal-provvista ikunu mingħajr deforestazzjoni u li dan ir-Regolament jilħaq l-objettivi tiegħu;
(l)
ir-rwol tal-operaturi primarji mikro jew żgħar fl-iżgurar li l-produzzjoni tkun mingħajr deforestazzjoni u li dan ir-Regolament jilħaq l-objettivi tiegħu, u r-riskju possibbli ta’ ċirkomvenzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|