+ANNESS III Dikjarazzjoni simplifikata għall-operaturi primarji mikro jew żgħar

ANNESS III Dikjarazzjoni simplifikata għall-operaturi primarji mikro jew żgħar




ANNESS III

Dikjarazzjoni simplifikata għall-operaturi primarji mikro jew żgħar

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-dikjarazzjoni simplifikata ta’ darba għall-operaturi primarji mikro jew żgħar f’konformità mal-Artikolu 4a(3):

1. 

Isem l-operatur primarju mikro jew zgħir, l-indirizz u, fil-każ ta’ komoditajiet rilevanti u ta’ prodotti rilevanti li jidħlu fis-suq jew li joħorġu minnu, in-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI) f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

2. 

Il-kodiċi tas-Sistema Armonizzata u deskrizzjoni libera tal-prodotti rilevanti, inkluż l-isem kummerċjali, u l-kwantità annwali stmata ta’ darba tal-prodotti rilevanti maħsuba biex jiġu introdottifis-suq jew biex jiġu esportati, espressi f’massa netta li tispeċifika stima jew devjazzjoni perċentwali jew, meta jkun applikabbli, f’volum nett jew fl-għadd ta’ unitajiet. Għal prodotti rilevanti li jidħlu fis-suq jew li joħorġu minnu, il-kwantità stmata għandha tiġi espressa f’kilogrammi tal-massa netta u, meta jkun applikabbli, fl-unità supplimentari stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 li tikkorrispondi għall-kodiċi tas-Sistema Armonizzata indikata jew, fil-każijiet l-oħra kollha, espressa f’massa netta li tispeċifika stima jew devjazzjoni perċentwali jew, meta jkun applikabbli, f’volum nett jew fl-għadd ta’ unitajiet. Unità supplimentari hi applikabbli meta tkun iddefinita b’mod konsistenti għas-subintestaturi kollha possibbli skont il-kodiċi tas-Sistema Armonizzata msemmi fid-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta.

3. 

Il-pajjiż tal-produzzjoni u l-indirizz postali jew il-ġeolokalizzazzjoni tal-biċċiet kollha ta’ art, jew l-indirizz postali tal-istabbiliment jew tal-biċċiet kollha ta’ art li fuqhom l-operatur primarju mikro jew żgħir jipproduċi komoditajiet rilevanti. Għal prodotti rilevanti li fihom bhejjem tal-ifrat jew li saru bl-użu tagħhom, u għal tali prodotti rilevanti li ntemgħu bi prodotti rilevanti, l-indirizz postali jew il-ġeolokalizzazzjoni għandhom jirreferu għall-istabbilimenti kollha li fihom jinżammu l-bhejjem tal-ifrat. Meta l-prodotti rilevanti jiġu prodotti fuq biċċiet differenti ta’ art, l-indirizz postali jew il-ġeolokalizzazzjoni tal-biċċiet kollha ta’ art għandhom jiġu inklużi f’konformità mal-Artikolu 9(1), il-punt (d).

4. 

It-test: “Permezz ta’ din id-dikjarazzjoni, l-operatur primarju mikro jew żgħir jikkonferma li se jeżerċita d-diliġenza dovuta f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/1115 għall-prodotti rilevanti li jintroduċi fis-suq jew li jesporta, u li se jintroduċihom fis-suq jew jesportahom biss jekk ma jinstab l-ebda riskju jew jinstab riskju negliġibbli biss li l-prodotti rilevanti ma jikkonformawx mal-Artikolu 3, il-punt (a) jew (b), ta’ dak ir-Regolament.”.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.