|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) “injam u prodotti tal-injam” tfisser l-injam u l-prodotti tal-injam stabbiliti fl-Anness, ħlief prodotti tal-injam jew komponenti ta’ dawk il-prodotti manifatturati minn injam jew prodotti tal-injam li temmew iċ-ċiklu tagħhom tal-użu u li kieku jintremew bħala skart, kif definiti fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart ( 1 ); (b) “tqegħid fis-suq” tfisser provvista bi kwalunkwe mezz, irrispettivament mit-teknika ta’ bejgħ użata, ta’ injam jew prodotti tal-injam għall-ewwel darba fis-suq intern għad-distribuzzjoni jew l-użu waqt attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas kif ukoll mingħajr ħlas. Għandha tinkludi wkoll provvista permezz ta’ komunikazzjoni minn distanza kif definita fid-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod ( 2 ). Il-provvista fis-suq intern ta’ prodotti tal-injam derivati minn injam jew minn prodotti tal-injam li diġà tqiegħdu fis-suq intern m’għandhiex titqies bħala “tqegħid fuq is-suq”; (c) “operatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq injam jew prodotti tal-injam; (d) “kummerċjant intern” tfisser kull persuna naturali u ġuridika li, waqt attività kummerċjali, tbigħ jew tixtri, fis-suq intern, injam jew prodotti tal-injam li diġà tqiegħdu fis-suq intern; (e) “pajjiż tal-ħsad” tfisser il-pajjiż jew it-territorju fejn ġie maħsud l-injam jew l-injam imqiegħed fil-prodotti tal-injam; (f) “maħsud b’mod legali” tfisser li ġie maħsud f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiż tal-ħsad; (g) “maħsud b’mod illegali” tfisser li ġie maħsud b’kontravenzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiż tal-ħsad; (h) “leġiżlazzjoni applikabbli” tfisser il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-pajjiż tal-ħsad, li tkopri l-oqsma tal-liġi li ġejjin: — id-drittijiet għall-ħsad ta’ injam fi ħdan il-fruntieri ppubblikati legalment, — il-ħlasijiet għad-drittijiet ta’ ħsad u l-injam inklużi l-imposti relatati mal-ħsad tal-injam, — il-ħsad tal-injam, inkluża l-leġiżlazzjoni ambjentali u forestali inkluż il-ġestjoni tal-foresti u l-konservazzjoni tal-bijodiversità, meta marbuta b’mod dirett mal-ħsad tal-injam, — id-drittijiet legali ta’ partijiet terzi dwar l-użu u l-pussess li jiġu affettwati mill-ħsad tal-injam, u — il-kummerċ u d-dwana, sa fejn hu kkonċernat is-settur tal-foresti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|