|
+Artikolu 10 Kontrolli fuq l-operaturi ---+Article 10 1. ---+Article 10 2. ---+Article 10 3. ---+Article 10 4. ---+Article 10 5. |
Artikolu 10 Kontrolli fuq l-operaturiArtikolu 10 Kontrolli fuq l-operaturi 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli biex jivverifikaw jekk l-operaturi humiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 6. 2. Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu skont pjan rivedut perjodikament skont approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Barra minn hekk, jistgħu jitwettqu kontrolli wkoll meta awtorità kompetenti jkollha f’idejha tagħrif rilevanti, inkluż fuq il-bażi ta’ tħassib sostanzjali mogħti minn partijiet terzi, rigward il-konformità ta’ operatur ma’ dan ir-Regolament. 3. Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu, inter alia: (a) eżami tas-sistema ta’ diliġenza dovuta, inklużi l-valutazzjoni tar-riskju u l-proċeduri tal-mitigazzjoni tar-riskju; (b) eżami ta’ dokumentazzjoni u rekords li juru t-tħaddim kif suppost tas-sistema u l-proċeduri ta’ diliġenza dovuta; (c) kontrolli għal għarrieda, inklużi verifiki fil-post. 4. L-operaturi għandhom joffru kull għajnuna meħtieġa biex jiffaċilitaw it-twettiq tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1, b’mod partikolari rigward l-aċċess għall-binjiet u l-preżentazzjoni ta’ dokumenti jew rekords. 5. Bla ħsara għall-Artikolu 19, meta, wara l-kontrolli msemmijin fil-paragrafu 1, jinstabu xi nuqqasijiet, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu notifika ta’ azzjonijiet ta’ rimedju li jridu jittieħdu mill-operatur. Barra minn hekk, skont il-gravità tan-nuqqasijiet misjuba, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri interim immedjati inkluż inter alia: (a) il-konfiska tal-injam u tal-prodotti tal-injam; (b) il-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq tal-injam u l-prodotti tal-injam. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|