|
+Artikolu 19 Pieni ---+Article 19 1. ---+Article 19 2. ---+Article 19 3. |
Artikolu 19 PieniArtikolu 19 Pieni 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. 2. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jistgħu jinkludu, inter alia: (a) multi proporzjonali għall-ħsara ambjentali, il-valur tal-injam jew tal-prodotti tal-injam konċernati u t-telf ta’ taxxi u d-detriment ekonomiku li jirriżultaw mill-ksur, bil-kalkolu tal-livell ta’ tali pieni isir b’tali mod li jiżgura li dawn iċaħħdu b’mod effikaċi lil min hu responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi li joriġinaw mill-ksur gravi tagħhom, bla ħsara għad-dritt leġittimu li jeżerċitaw professjoni u biż-żieda gradwali tal-limitu ta’ tali multi għal ksur gravi ripetut; (b) il-konfiska tal-injam u prodotti tal-injam konċernati; (c) is-sospensjoni immedjata tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċ. 3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|