|
+Artikolu 3 1. |
Artikolu 3 1.Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“awtorità nazzjonali kompetenti” tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti kif definita fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013;
(2)
“awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 4(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;
(3)
“awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni” tfisser awtorità maħtura minn Stat Membru parteċipanti skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE;
(4)
“awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti” tfisser awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ta' Stat Membru parteċipanti fejn hi stabbilita entità jew entità tal-grupp;
(5)
“kondizzjonijiet ta' riżoluzzjoni” tfisser il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 18(1);
(6)
“pjan ta' riżoluzzjoni” tfisser pjan imfassal skont l-Artikolu 8 jew 9;
(7)
“pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp” tfisser pjan għal riżoluzzjoni ta' grupp imfassal skont l-Artikoli 8 jew 9;
(8)
“għanijiet ta' riżoluzzjoni” tfisser l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 14;
(9)
“għodda ta' riżoluzzjoni” tfisser għodda ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2);
(10)
“azzjoni ta' riżoluzzjoni” tfisser id-deċiżjoni li entità msemmija fl-Artikolu 2 titpoġġa taħt riżoluzzjoni skont l-Artikolu 18, l-applikazzjoni ta' għodda ta' riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju ta' setgħa jew setgħat ta' riżoluzzjoni;
(11)
“depożiti koperti” tfisser depożiti kif definit fl-Artikolu 2(1)(5) tad-Direttiva 2014/49/UE;
(12)
“depożiti eliġibbli” tfisser depożiti eliġibbli kif definit fl-Artikolu 2(1)(4) tad-Direttiva 2014/49/UE;
(13)
“istituzzjoni” tfisser istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment koperta minn superviżjoni konsolidata skont l-Artikolu 2(c);
(14)
“istituzzjoni taħt riżoluzzjoni” tfisser entità msemmija fl-Artikolu 2, li fir-rigward tagħha qed tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni;
(15)
“istituzzjoni finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definit fl-Artikolu 4(1)(26) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(16)
“kumpanija holding finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(17)
“kumpanija holding finanzjarja mħallta” tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1)tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(18)
“kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-Unjoni” tfisser kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-Unjoni kif definita fil-punt (31) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(19)
“istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni'” tfisser istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni kif definita fil-punt (29) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(20)
“intrapriża prinċipali” tfisser intrapriża prinċipali kif definit fil-punt (15)(a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(21)
“sussidjarja” tfisser sussidjarja kif definita fil-punt (16) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u għall-finijiet li jiġu applikati l-Artikolu 8, l-Artikolu 10(10), l-Artikoli 12 sa 12k, 21 u 53 ta' dan ir-Regolament għal gruppi ta' riżoluzzjoni msemmija fil-punt (b) tal-punt (24b) ta' dan il-paragrafu, tinkludi, fejn u kif adatt, istituzzjonijiet ta' kreditu li huma affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali, il-korp ċentrali nnifsu, u s-sussidjarji rispettivi tagħhom, b'kont meħud tal-mod kif tali gruppi ta' riżoluzzjoni jikkonformaw mal-Artikolu 12f(3) ta' dan ir-Regolament;
(21a)
“sussidjarja materjali” tfisser sussidjarja materjali kif definita fil-punt (135) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(22)
“fergħa” tfisser fergħa kif definit fil-punt (17) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(23)
“grupp” tfisser impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha, li huma entitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 2;
(24)
“grupp transkonfinali” tfisser grupp li għandu entitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 2 stabbiliti f'aktar minn Stat Membru parteċipanti wieħed;
(24a)
“entità ta’ riżoluzzjoni” tfisser persuna ġuridika stabbilita fi Stat Membru parteċipanti, li l-Bord jew l-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament, tkun identifikat bħala entità li fir-rigward tagħha l-pjan ta’ riżoluzzjoni jipprevedi azzjoni ta’ riżoluzzjoni;
(24Aa)
“entità ta’ likwidazzjoni” tfisser persuna ġuridika stabbilita fi Stat Membru parteċipanti li fir-rigward tiegħu l-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp jew, għal entitajiet li mhumiex parti minn grupp, il-pjan ta’ riżoluzzjoni, jipprevedi li l-entità għandha tiġi stralċjata skont proċedimenti ta’ insolvenza normali, jew entità, fi grupp ta’ riżoluzzjoni għajr entità ta’ riżoluzzjoni, li fir-rigward tagħha l-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp ma jipprevedix l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni;
(24b)
“grupp ta' riżoluzzjoni” tfisser:
(a)
entità ta' riżoluzzjoni, flimkien mas-sussidjarji tagħha li mhumiex:
(i)
entitajiet ta' riżoluzzjoni minnhom infushom;
(ii)
sussidjarji ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni oħrajn; jew
(iii)
entitajiet stabbiliti f'pajjiż terz li mhumiex inklużi fil-grupp ta' riżoluzzjoni taħt il-pjan ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħhom; jew
(b)
istituzzjonijiet ta' kreditu li huma affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali u l-korp ċentrali stess meta għall-inqas waħda minn dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew il-korp ċentrali jkunu entità ta' riżoluzzjoni, u s-sussidjarji rispettivi tagħhom;
(24c)
“istituzzjoni dinjija ta' importanza sistemika” jew “G-SII” tfisser G-SII kif definita fil-punt (133) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(25)
“bażi kkonsolidata” tfisser il-bażi tas-sitwazzjoni kkonsolidata kif definit fil-punt (47) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(26)
“is-superviżur li jikkonsolida” tfisser is-superviżur li jikkonsolida kif definit fil-punt (41) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(27)
“awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp” tfisser l-awtorità ta' riżoluzzjoni fl-Istat Membru parteċipanti fejn l-istituzzjoni jew impriża prinċipali soġġetta għas- superviżjoni konsolidata fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi Stati Membri parteċipanti skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/EU huwa stabbilit;
(28)
“skema ta' protezzjoni istituzzjonali” jew “IPS”, tfisser arranġament li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(29)
“għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja” tfisser għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, jew kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika oħra fil-livell supranazzjonali, li jekk tiġi pprovduta fil-livell nazzjonal tkun tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li tiġi pprovduta sabiex tiġi ppreservata jew tinġieb lura l-vijabbiltà, il-likwidità jew is-solvenza ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament jew ta' grupp li tali entità tagħmel parti minnu;
(30)
“għodda tal-bejgħ ta' operat” tfisser il-mekkaniżmu biex isir it-trasferiment minn awtorità ta' riżoluzzjoni, ta' strumenti ta' sjieda maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lil xerrej li mhuwiex istituzzjoni tranżitorja, skont l-Artikolu 24;
(31)
“għodda ta' istituzzjoni tranżitorja” tfisser il-mekkaniżmu għat-trasferiment ta' strumenti oħra ta' sjieda maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lil istituzzjoni tranżitorja, skont l-Artikolu 25;
(32)
“għodda ta' separazzjoni tal-assi” tfisser il-mekkaniżmu biex isir trasferiment ta' assi, drittijiet jew obbligazzjonijet ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lejn mezz ta' mmaniġġjar tal-assi skont l-Artikolu 26;
(33)
“għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna” tfisser il-mekkaniżmu biex jiġu eżerċitati s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni fir-rigward ta' obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni skont l-Artikolu 27;
(34)
“mezzi finanzjarji disponibbli” tfisser il-flus kontanti, id-depożiti, l-assi u l-impenji irrevokabbli ta' pagament disponibbli għall-Fond għall-għanijiet elenkati fl-Artikolu 76(1);
(35)
“livell immirat” tfisser l-ammont ta' mezzi finanzjarji disponibbli li għandu jintlaħaq skont l-Artikolu 69(1).
(36)
“ftehim” tfisser il-ftehim dwar it-trasferiment u l-mutwalizzazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-Fond;
(37)
“perijodu ta' tranżizzjoni” tfisser il-perijodu mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif determinat skont l-Artikolu 99(2) u (6) sakemm il-Fond jilħaq il-livell immirat jew sal-1 ta' Jannar 2024, skont liema minnhom jiġi l-ewwel;
(38)
“strument finanzjarju” tfisser strument finanzjarju kif definit fil-punt (50) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(39)
“strumenti ta' dejn” tfisser bonds u forom oħra ta' dejn trasferibbli, strumenti li joħolqu jew jirrikonoxxu dejn, u strumenti li jagħtu drittijiet għall-akkwist ta' strumenti ta' dejn;
(40)
“fondi proprji” tfisser fondi proprji kif definit fil-punt (118) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(41)
“rekwiżiti ta' fondi proprji” tfisser rekwiżiti kif stipulat fl-Artikoli 92 sa 98 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(42)
“stralċ” tfisser ir-realizzazzjoni ta' assi ta' entità msemmija fl-Artikolu 2;
(43)
“derivattiv”, tfisser derivattiv kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(44)
“setgħat ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni” tfisser is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 21;
(45)
“strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni” tfisser strumenti kapitali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 28(1) sa (4), fl-Artikolu 29(1) sa (5) jew fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(45a)
“kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni” tfisser kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(46)
“strumenti addizzjonali tal-Grad 1” tfisser strumenti kapitali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(47)
“strumenti tal-Grad 2” tfisser strumenti kapitali jew dejn subordinat li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(48)
“ammont aggregat” tfisser l-ammont aggregat li għalih l-awtorità ta' riżoluzzjoni vvalutat li l- ►M1 obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ trid issirilhom valwazzjoni negattiva jew jiġu kkonvertiti, skont l-Artikolu 27(13);
(49)
“obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna” tfisser obbligazzjonijiet u strumenti kapitali li ma jikkwalifikawx bħala strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, jew bħala strumenti addizzjonali tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 u li mhumiex esklużi mill-ambitu tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 27(3);
(49a)
“obbligazzjonijiet eliġibbli” tfisser obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna li jissodisfaw, kif applikabbli, il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 12c jew tal-punt (a) tal-Artikolu 12g(2) ta' dan ir-Regolament, u strumenti tal-Grad 2 li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 72a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(49b)
“strumenti eliġibbli subordinati” tfisser strumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ħlief għall-paragrafi (3) sa (5) tal-Artikolu 72b ta' dak ir-Regolament;
(50)
“skema ta' garanzija tad-depożiti” tfisser skema ta' garanzija tad-depożiti introdotta u uffiċjalment rikonoxxuta minn Stat Membru skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/49/UE 2014/49/UE;
(51)
“strumenti kapitali rilevanti” tfisser strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali u strumenti tal-Grad 2;
(52)
“bond kopert” tfisser strument kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(53)
“depożitant” tfisser depożitant kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE;
(54)
“investitur” tfisser investitur fis-sens tal-punt (4) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(55)
“rekwiżit ta' riżerva kombinata” tfisser rekwiżit ta' riżerva kombinata kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|