+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.

Artikolu 3 Definizzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“awtorità nazzjonali kompetenti” tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti kif definita fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013;

(2) 

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 4(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;

(3) 

“awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni” tfisser awtorità maħtura minn Stat Membru parteċipanti skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE;

(4) 

“awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti” tfisser awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ta' Stat Membru parteċipanti fejn hi stabbilita entità jew entità tal-grupp;

(5) 

“kondizzjonijiet ta' riżoluzzjoni” tfisser il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 18(1);

(6) 

“pjan ta' riżoluzzjoni” tfisser pjan imfassal skont l-Artikolu 8 jew 9;

(7) 

“pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp” tfisser pjan għal riżoluzzjoni ta' grupp imfassal skont l-Artikoli 8 jew 9;

(8) 

“għanijiet ta' riżoluzzjoni” tfisser l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 14;

(9) 

“għodda ta' riżoluzzjoni” tfisser għodda ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2);

(10) 

“azzjoni ta' riżoluzzjoni” tfisser id-deċiżjoni li entità msemmija fl-Artikolu 2 titpoġġa taħt riżoluzzjoni skont l-Artikolu 18, l-applikazzjoni ta' għodda ta' riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju ta' setgħa jew setgħat ta' riżoluzzjoni;

(11) 

“depożiti koperti” tfisser depożiti kif definit fl-Artikolu 2(1)(5) tad-Direttiva 2014/49/UE;

(12) 

“depożiti eliġibbli” tfisser depożiti eliġibbli kif definit fl-Artikolu 2(1)(4) tad-Direttiva 2014/49/UE;

(13) 

“istituzzjoni” tfisser istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment koperta minn superviżjoni konsolidata skont l-Artikolu 2(c);

(14) 

“istituzzjoni taħt riżoluzzjoni” tfisser entità msemmija fl-Artikolu 2, li fir-rigward tagħha qed tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni;

(15) 

“istituzzjoni finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definit fl-Artikolu 4(1)(26) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(16) 

“kumpanija holding finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(17) 

“kumpanija holding finanzjarja mħallta” tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1)tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(18) 

“kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-Unjoni” tfisser kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-Unjoni kif definita fil-punt (31) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(19) 

“istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni'” tfisser istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni kif definita fil-punt (29) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(20) 

“intrapriża prinċipali” tfisser intrapriża prinċipali kif definit fil-punt (15)(a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M1

(21) 

“sussidjarja” tfisser sussidjarja kif definita fil-punt (16) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u għall-finijiet li jiġu applikati l-Artikolu 8, l-Artikolu 10(10), l-Artikoli 12 sa 12k, 21 u 53 ta' dan ir-Regolament għal gruppi ta' riżoluzzjoni msemmija fil-punt (b) tal-punt (24b) ta' dan il-paragrafu, tinkludi, fejn u kif adatt, istituzzjonijiet ta' kreditu li huma affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali, il-korp ċentrali nnifsu, u s-sussidjarji rispettivi tagħhom, b'kont meħud tal-mod kif tali gruppi ta' riżoluzzjoni jikkonformaw mal-Artikolu 12f(3) ta' dan ir-Regolament;

(21a) 

“sussidjarja materjali” tfisser sussidjarja materjali kif definita fil-punt (135) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼B

(22) 

“fergħa” tfisser fergħa kif definit fil-punt (17) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(23) 

“grupp” tfisser impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha, li huma entitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 2;

(24) 

“grupp transkonfinali” tfisser grupp li għandu entitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 2 stabbiliti f'aktar minn Stat Membru parteċipanti wieħed;

▼M6

(24a) 

“entità ta’ riżoluzzjoni” tfisser persuna ġuridika stabbilita fi Stat Membru parteċipanti, li l-Bord jew l-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament, tkun identifikat bħala entità li fir-rigward tagħha l-pjan ta’ riżoluzzjoni jipprevedi azzjoni ta’ riżoluzzjoni;

▼M4

(24Aa) 

“entità ta’ likwidazzjoni” tfisser persuna ġuridika stabbilita fi Stat Membru parteċipanti li fir-rigward tiegħu l-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp jew, għal entitajiet li mhumiex parti minn grupp, il-pjan ta’ riżoluzzjoni, jipprevedi li l-entità għandha tiġi stralċjata skont proċedimenti ta’ insolvenza normali, jew entità, fi grupp ta’ riżoluzzjoni għajr entità ta’ riżoluzzjoni, li fir-rigward tagħha l-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp ma jipprevedix l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni;

▼M1

(24b) 

“grupp ta' riżoluzzjoni” tfisser:

(a) 

entità ta' riżoluzzjoni, flimkien mas-sussidjarji tagħha li mhumiex:

(i) 

entitajiet ta' riżoluzzjoni minnhom infushom;

(ii) 

sussidjarji ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni oħrajn; jew

(iii) 

entitajiet stabbiliti f'pajjiż terz li mhumiex inklużi fil-grupp ta' riżoluzzjoni taħt il-pjan ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħhom; jew

(b) 

istituzzjonijiet ta' kreditu li huma affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali u l-korp ċentrali stess meta għall-inqas waħda minn dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew il-korp ċentrali jkunu entità ta' riżoluzzjoni, u s-sussidjarji rispettivi tagħhom;

(24c) 

“istituzzjoni dinjija ta' importanza sistemika” jew “G-SII” tfisser G-SII kif definita fil-punt (133) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼B

(25) 

“bażi kkonsolidata” tfisser il-bażi tas-sitwazzjoni kkonsolidata kif definit fil-punt (47) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(26) 

“is-superviżur li jikkonsolida” tfisser is-superviżur li jikkonsolida kif definit fil-punt (41) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(27) 

“awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp” tfisser l-awtorità ta' riżoluzzjoni fl-Istat Membru parteċipanti fejn l-istituzzjoni jew impriża prinċipali soġġetta għas- superviżjoni konsolidata fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi Stati Membri parteċipanti skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/EU huwa stabbilit;

(28) 

“skema ta' protezzjoni istituzzjonali” jew “IPS”, tfisser arranġament li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(29) 

“għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja” tfisser għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, jew kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika oħra fil-livell supranazzjonali, li jekk tiġi pprovduta fil-livell nazzjonal tkun tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li tiġi pprovduta sabiex tiġi ppreservata jew tinġieb lura l-vijabbiltà, il-likwidità jew is-solvenza ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament jew ta' grupp li tali entità tagħmel parti minnu;

(30) 

“għodda tal-bejgħ ta' operat” tfisser il-mekkaniżmu biex isir it-trasferiment minn awtorità ta' riżoluzzjoni, ta' strumenti ta' sjieda maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lil xerrej li mhuwiex istituzzjoni tranżitorja, skont l-Artikolu 24;

(31) 

“għodda ta' istituzzjoni tranżitorja” tfisser il-mekkaniżmu għat-trasferiment ta' strumenti oħra ta' sjieda maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lil istituzzjoni tranżitorja, skont l-Artikolu 25;

(32) 

“għodda ta' separazzjoni tal-assi” tfisser il-mekkaniżmu biex isir trasferiment ta' assi, drittijiet jew obbligazzjonijet ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lejn mezz ta' mmaniġġjar tal-assi skont l-Artikolu 26;

(33) 

“għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna” tfisser il-mekkaniżmu biex jiġu eżerċitati s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni fir-rigward ta' obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni skont l-Artikolu 27;

(34) 

“mezzi finanzjarji disponibbli” tfisser il-flus kontanti, id-depożiti, l-assi u l-impenji irrevokabbli ta' pagament disponibbli għall-Fond għall-għanijiet elenkati fl-Artikolu 76(1);

(35) 

“livell immirat” tfisser l-ammont ta' mezzi finanzjarji disponibbli li għandu jintlaħaq skont l-Artikolu 69(1).

(36) 

“ftehim” tfisser il-ftehim dwar it-trasferiment u l-mutwalizzazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-Fond;

(37) 

“perijodu ta' tranżizzjoni” tfisser il-perijodu mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif determinat skont l-Artikolu 99(2) u (6) sakemm il-Fond jilħaq il-livell immirat jew sal-1 ta' Jannar 2024, skont liema minnhom jiġi l-ewwel;

(38) 

“strument finanzjarju” tfisser strument finanzjarju kif definit fil-punt (50) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(39) 

“strumenti ta' dejn” tfisser bonds u forom oħra ta' dejn trasferibbli, strumenti li joħolqu jew jirrikonoxxu dejn, u strumenti li jagħtu drittijiet għall-akkwist ta' strumenti ta' dejn;

(40) 

“fondi proprji” tfisser fondi proprji kif definit fil-punt (118) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(41) 

“rekwiżiti ta' fondi proprji” tfisser rekwiżiti kif stipulat fl-Artikoli 92 sa 98 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(42) 

“stralċ” tfisser ir-realizzazzjoni ta' assi ta' entità msemmija fl-Artikolu 2;

(43) 

“derivattiv”, tfisser derivattiv kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(44) 

“setgħat ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni” tfisser is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 21;

(45) 

“strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni” tfisser strumenti kapitali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 28(1) sa (4), fl-Artikolu 29(1) sa (5) jew fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M1

(45a) 

“kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni” tfisser kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼B

(46) 

“strumenti addizzjonali tal-Grad 1” tfisser strumenti kapitali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(47) 

“strumenti tal-Grad 2” tfisser strumenti kapitali jew dejn subordinat li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(48) 

“ammont aggregat” tfisser l-ammont aggregat li għalih l-awtorità ta' riżoluzzjoni vvalutat li l- ►M1  obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ trid issirilhom valwazzjoni negattiva jew jiġu kkonvertiti, skont l-Artikolu 27(13);

▼M1

(49) 

“obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna” tfisser obbligazzjonijiet u strumenti kapitali li ma jikkwalifikawx bħala strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, jew bħala strumenti addizzjonali tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 u li mhumiex esklużi mill-ambitu tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 27(3);

▼M1

(49a) 

“obbligazzjonijiet eliġibbli” tfisser obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna li jissodisfaw, kif applikabbli, il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 12c jew tal-punt (a) tal-Artikolu 12g(2) ta' dan ir-Regolament, u strumenti tal-Grad 2 li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 72a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(49b) 

“strumenti eliġibbli subordinati” tfisser strumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ħlief għall-paragrafi (3) sa (5) tal-Artikolu 72b ta' dak ir-Regolament;

▼B

(50) 

“skema ta' garanzija tad-depożiti” tfisser skema ta' garanzija tad-depożiti introdotta u uffiċjalment rikonoxxuta minn Stat Membru skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/49/UE 2014/49/UE;

(51) 

“strumenti kapitali rilevanti” tfisser strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali u strumenti tal-Grad 2;

(52) 

“bond kopert” tfisser strument kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(53) 

“depożitant” tfisser depożitant kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE;

(54) 

“investitur” tfisser investitur fis-sens tal-punt (4) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

▼M1

(55) 

“rekwiżit ta' riżerva kombinata” tfisser rekwiżit ta' riżerva kombinata kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.

▼B

Artikolu 3 2.
Fin-nuqqas ta' definizzjoni rilevanti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, japplikaw id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/59/UE. Fin-nuqqas ta' definizzjoni rilevanti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/59/UE, japplikaw id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/36/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.