|
+Artikolu 7 4. |
Artikolu 7 4.Fejn ikun neċessarju biex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' standards ta' riżoluzzjoni għolja skont dan ir-Regolament, il-Bord jista':
(a)
b'referenza għan-notifika minn awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ta' miżura skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu skont l-Artikolu 31(1), fil-perijodu ta' żmien adegwat u b'kont meħud tal-urġenza taċ-ċirkostanzi, joħroġ twissija lill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti fil-każ fejn il-Bord iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni fir-rigward ta' kwalunkwe entità jew grupp imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament jew mal-istruzzjonijiet ġenerali tiegħu msemmija fl-Artikolu 31(1)(a);
(b)
jiddeċiedi fi kwalunkwe ħin, b'mod partikolari jekk it-twissija tiegħu msemmija fil-punt (a) mhijiex qed tiġi indirizzata b'mod adegwat, fuq -inizjattiva proprja, wara li jikkonsulta l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni kkonċernata, jew fuq talba mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni kkonċernata, li jeżerċita direttament is-setgħat rilevanti kollha skont dan ir-Regolament, anke fir-rigward ta' kwalunkwe entità jew grupp imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|