+Artikolu 7 It-tqassim tal-kompiti fi ħdan l-SRM
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.

Artikolu 7 It-tqassim tal-kompiti fi ħdan l-SRM

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.
Il-Bord għandu jkun responsabbli mill-funzjonament effettiv u konsistenti tal-SRM.
Artikolu 7 2.

Soġġett għad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 31(1), il-Bord għandu jkollu r-responsabbiltà li jfassal il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u jadotta d-deċiżjonijiet kollha relatati mar-riżoluzzjoni għal:

(a) 

l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 li ma jagħmlux parti minn grupp, u l-gruppi:

(i) 

li huma meqjusa bħala sinifikanti skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013; jew

(ii) 

li fir-rigward tagħhom il-BĊE jkun iddeċieda skont l-Artikolu 6(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, li jeżerċita direttament is-setgħat rilevanti kollha,; u

(b) 

gruppi transkonfinali oħrajn.

Artikolu 7 3.

Fir-rigward tal-entitajiet u l-gruppi, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2, u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Bord b'rabta mal-kompiti konferiti lilu b'dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom iwettqu, u jkunu responsabbli għall-kompiti li ġejjin:

(a) 

l-adozzjoni ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni u twettiq ta' valutazzjoni tar-riżolvibbiltà skont l-Artikoli 8 u 10 u mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9;

(b) 

l-adozzjoni ta' miżuri matul l-intervent bikri skont l-Artikolu 13(3);

(c) 

l-applikazzjoni ta' obbligi simplifikati jew ir-rinunzja tal-obbligu ta' tfassil tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 11;

▼M1

(d) 

it-twaqqif tal-livell tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, skont l-Artikoli 12 sa 12k;

▼B

(e) 

l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni u l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni msemmiija f'dan ir-Regolament, skont il-proċeduri u s-salvagwardji rilevanti, bil-kondizzjoni li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni ma tkunx teħtieġ xi użu tal-Fond u tkun iffinanzjata esklużivament mill-għodod msemmija fl-Artikoli 21 u 24 sa 27 u/jew mill-iskema ta' garanzija tad-depożiti, skont l-Artikolu 79, u l-proċedura stipulata fl-Artikolu 31;

(f) 

il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti skont l-Artikolu 21, f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 31.

Jekk l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun teħtieġ l-użu tal-Fond, il-Bord għandu jadotta l-iskema ta' riżoluzzjoni.

Meta jadottaw deċiżjoni ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu u jsegwu l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 9, sakemm ma jivvalutawx, b'konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi tal-każ, li l-objettivi tar-riżoluzzjoni se jintlaħqu b'mod aktar effikaċi billi jittieħdu azzjonijiet li mhumiex previsti fil-pjanijiet ta' riżoluzzjoni.

Meta jwettqu l-kompiti msemmija f’dan il-paragrafu, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament. Kwalunkwe referenza għall-Bord fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 6(5), fl-Artikolu 8(6), (8), (10), tielet subparagrafu, (11a), (12) u (13), fl-Artikolu 10(1) sa (10), fl-Artikolu 10a, fl-Artikoli 11 sa 14, fl-Artikolu 15(1), (2) u (3), fl-Artikolu 16, fl-Artikolu 18(1), (1a), (2), (5) u (6), fl-Artikolu 20, fl-Artikolu 21(1) sa (7), fl-Artikolu 21(8), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 21(9) u (10), fl-Artikolu 22(1), (3), (5) u (6), fl-Artikoli 23 u 24, fl-Artikolu 25(3), fl-Artikolu 27(1) sa (15), fl-Artikolu 27(16), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza, it-tielet subparagrafu, u r-raba’ subparagrafu, l-ewwel, it-tielet u r-raba’ sentenzi, fl-Artikolu 30(2b) u (2c), Artikolu 30a(1) u (2), fl-Artikolu 32 u fl-Artikolu 79(1), (2), (7) u (8), għandhom jinqraw bħala referenzi għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-gruppi u tal-entitajiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Għal dak il-għan l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat mogħtija lilhom skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2014/59/UE u skont il-kundizzjonijiet stipulati mil-liġi nazzjonali.

L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jinfurmaw lill-Bord bil-miżuri msemmija f'dan il-paragrafu li għandhom jittieħdu u għandhom jikkoordinaw mill-qrib mal-Bord meta jieħdu dawk il-miżuri.

L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jippreżentaw il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 9, kif ukoll kwalunkwe aġġornamenti, lill-Bord, flimkien ma' valutazzjoni ġustifikata tar-riżolvibbiltà tal-entità jew grupp konċernati skont l-Artikolu 10.

Artikolu 7 4.

Fejn ikun neċessarju biex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' standards ta' riżoluzzjoni għolja skont dan ir-Regolament, il-Bord jista':

(a) 

b'referenza għan-notifika minn awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ta' miżura skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu skont l-Artikolu 31(1), fil-perijodu ta' żmien adegwat u b'kont meħud tal-urġenza taċ-ċirkostanzi, joħroġ twissija lill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti fil-każ fejn il-Bord iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni fir-rigward ta' kwalunkwe entità jew grupp imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament jew mal-istruzzjonijiet ġenerali tiegħu msemmija fl-Artikolu 31(1)(a);

(b) 

jiddeċiedi fi kwalunkwe ħin, b'mod partikolari jekk it-twissija tiegħu msemmija fil-punt (a) mhijiex qed tiġi indirizzata b'mod adegwat, fuq -inizjattiva proprja, wara li jikkonsulta l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni kkonċernata, jew fuq talba mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni kkonċernata, li jeżerċita direttament is-setgħat rilevanti kollha skont dan ir-Regolament, anke fir-rigward ta' kwalunkwe entità jew grupp imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 7 5.
Minkejja l-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri parteċipanti jistgħu jiddeċiedu li l-Bord jeżerċita s-setgħat u r-responsabbiltajiet rilevanti kollha mogħtija lilu b’dan ir-Regolament fir-rigward tal-entitajiet u l-gruppi stabbiliti fit-territorju tagħhom, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. F’dan il-każ, m’għandhomx japplikaw il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 9, l-Artikolu 12(3), u l-Artikolu 31(1). L-Istati Membri li għandhom l-intenzjoni jagħmlu użu minn dik l-għażla, għandhom jinnotifikaw lill-Bord u l-Kummissjoni dwar dan. In-notifika għandu jkollha effett mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Wara li tkun daħlet fis-seħħ in-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri parteċipanti jistgħu jiddeċiedu li r-responsabbiltà għat-twettiq tal-kompiti fir-rigward ta’ entitajiet u ma’ gruppi stabbiliti fit-territorju tagħhom, minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 2, għandha tiġi rritornata lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, f’liema każ l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma jibqax japplika. L-Istati Membri li għandhom l-intenzjoni jagħmlu użu minn dik l-għażla, għandhom jinnotifikaw lill-Bord u l-Kummissjoni dwar dan. In-notifika għandu jkollha effett mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.