|
+Artikolu 10 9. |
Artikolu 10 9.Fi żmien erba' xhur mid-data tal-wasla tar-rapport, l-entità jew l-impriża prinċipali għandhom jipproponu lill-Bord miżuri possibbli biex jindirizzaw jew ineħħu l-impedimenti sostantivi identifikati fir-rapport. Il-Bord għandu jikkomunika kwalunkwe miżura proposta mill-entità jew l-impriża prinċipali, lill-awtoritajiet kompetenti, lill-ABE u, fil-każ fejn fergħat sinifikanti ta' istituzzjonijiet li mhumiex parti minn grupp ikunu jinsabu fi Stati Membri mhux parteċipanti, lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' dawk l-Istati Membri. L-entità għandha, fi żmien ġimagħtejn mid-data tar-riċezzjoni ta' rapport magħmul f'konformità mal-Paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, tipproponi lill-Bord miżuri possibbli u skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom sabiex jiġi żgurat li l-entità jew l-impriża omm tkun konformi mal-Artikolu 12f jew 12g, u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata, fejn impediment sostantiv għar-riżolvibbiltà huwa dovut għal xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(i)
l-entità tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien ma' kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 141a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, iżda ma tissodisfax ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament, meta kkalkulat f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 12a(2) ta' dan ir-Regolament; jew
(ii)
l-entità ma tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 92a u 494 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament. Meta tipproponi l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni ta' miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu, l-entità għandha tieħu kont tar-raġunijiet għall-impediment sostantiv. Il-Bord, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, għandu jivvaluta jekk dawk il-miżuri effettivament jindirizzawx jew ineħħux l-impediment sostantiv inkwistjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|