+Artikolu 10 Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
---+Artikolu 10 7.
---+Artikolu 10 8.
---+Artikolu 10 9.
---+Artikolu 10 10.
---+Artikolu 10 11.
---+Artikolu 10 12.
---+Artikolu 10 13.
|
Artikolu 10 Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Meta jiġu abbozzati u aġġornati l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 8, il-Bord, wara li jikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti fejn jinsabu fergħat sinifikanti sakemm rilevanti għall-fergħa sinifikanti, għandu jwettaq valutazzjoni ta' kemm l-istituzzjonijiet u l-gruppi huma riżolvibbli mingħajr suppożizzjoni ta' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja apparti l-użu tal-Fond stabbilit skont l-Artikolu 67;
(b)
kwalunkwe assistenza likwida ta' emerġenza minn bank ċentrali; jew
(c)
kwalunkwe assistenza likwida minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta' kollateral, maturità jew rata ta' interessi mhux standard.
|
|
Artikolu 10 2.
|
Il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandha tipprovdi lill-Bord bil-pjan ta' rkupru jew il-pjan ta' rkupru tal-grupp. Il-Bord għandu jeżamina l-pjan ta' rkupru bil-ħsieb li jidentifika kwalunkwe azzjoni fil-pjan ta' rkupru li jista' jkollha impatt avvers fuq ir-riżolvibbiltà tal-istituzzjoni jew grupp u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-BĊE jew lill-awtorità nazzjonali kompetenti dwar dawk il-kwistjonijiet.
|
|
Artikolu 10 3.
|
Meta jabbozza pjan ta' riżoluzzjoni, il-Bord għandu jivvaluta l-punt sa fejn din l-entità hija riżolvibbli skont dan ir-Regolament. Entità għandha titqies riżolvibbli jekk ikun fattibbli u kredibbli għall-Bord li jew jillikwidaha skont proċedimenti normali ta' insolvenza jew jirriżolviha billi japplikalha għodod ta' riżoluzzjoni u jeżerċita setgħat ta' riżoluzzjoni filwaqt li jevita, sa fejn massimament possibbli, kwalunkwe konsegwenzi avversi sinifikanti għas-sistemi finanzjarji, fosthom ċirkostanzi ta' instabbiltà finanzjarja usa' jew avvenimenti mas-sistema kollha, tal-Istat Membru li fih tinsab l-entità, jew Stati Membri oħra, jew l-Unjoni u bil-ħsieb li jiżgura l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi li twettaq l-entità. Il-Bord għandu jinnotifika lill-ABE fil-ħin fejn istituzzjoni titqies li mhijiex riżolvibbli.
|
|
Artikolu 10 4.
|
Grupp għandu jitqies bħala riżolvibbli jekk ikun fattibbli u kredibbli għall-Bord li jew iwettaq stralċ tal-entitajiet tal-grupp skont proċedimenti normali ta' insolvenza jew li jirriżolvihom billi japplika għodod ta' riżoluzzjoni għal, u jeżerċita setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta', entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' dak il-grupp filwaqt li, sa fejn ikun possibbli, tiġi evitata kwalunkwe konsegwenza negattiva sinifikanti għas-sistemi finanzjarji tal-Istati Membri li fihom ikunu jinsabu entitajiet tal-grupp, jew ta' Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni, inklużi instabilità finanzjarja usa' jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha, bil-għan li tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi mwettqa minn dawk l-entitajiet tal-grupp, meta jistgħu jiġu faċilment separati f'ħin opportun jew b'mezzi oħrajn. Il-Bord għandu jinnotifika lill-EBA f'ħin opportun fejn il-Bord iqis li l-grupp mhuwiex riżolvibbli. Fejn grupp ikun magħmul minn aktar minn grupp wieħed ta' riżoluzzjoni, il-Bord għandu jivvaluta r-riżolvibbiltà ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni skont dan l-Artikolu. Il-valutazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu għandha ssir flimkien mal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-grupp kollu.
|
|
Artikolu 10 5.
|
Għall-finijiet tal-paragrafi 3, 4 u 10, konsegwenzi avversi sinifikanti għas-sistema finanzjarja jew theddida fuq l-istabbiltà finanzjarja jirreferu għal sitwazzjoni fejn is-sistema finanzjarja tkun realment jew potenzjalment esposta għal interruzzjoni li tista' twassal għal diffikultà finanzjarja li kapaċi titfa' f'riskju l-funzjonament tajjeb, l-effiċjenza u l-integrità tas-suq intern jew l-ekonomija jew is-sistema finanzjarja ta' Stat Membru wieħed jew aktar. Fid-determinazzjoni ta' konsegwenzi avversi sinifikanti, il-Bord għandu jqis it-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-BERS u l-kriterji rilevanti żviluppati mill-ABE meta jqis l-identifikazzjoni u l-kejl tar-riskju sistemiku.
|
|
Artikolu 10 6.
|
Għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu, il-Bord għandu jeżamina il-kwistjonijiet speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness għad-Direttiva 2014/59/UE.
|
|
Artikolu 10 7.
|
Jekk, skont valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta’ entità jew grupp imwettqa skont il-paragrafu 3 jew 4, il-Bord, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, jiddetermina li hemm impedimenti sostanzjali għar-riżolvibbiltà ta’ dik l-entità jew grupp, il-Bord għandu jħejji rapport, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, indirizzat lill-entità jew lill-impriża prinċipali li janalizza l-impedimenti sostanzjali għall-applikazzjoni effettiva tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni. Dak ir-rapport għandu jikkonsidra l-impatt fuq il-mudell tal-operat tal-entità jew tal-grupp u jirrakkomanda kwalunkwe miżura proporzjonata u mmirata li, fl-opinjoni tal-Bord, hija meħtieġa jew xierqa sabiex jitneħħew dawk l-impedimenti skont il-paragrafu 10.
|
|
Artikolu 10 8.
|
Ir-rapport għandu jiġi nnotifikat ukoll lill-awtoritajiet kompetenti u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti li fihom ikunu jinsabu fergħat sinifikanti tal-istituzzjonijiet li mhumiex parti minn grupp. Għandu jkun sostnut bir-raġunijiet għall-valutazzjoni jew id-determinazzjoni inkwistjoni u għandu jindika kif il-valutazzjoni jew id-determinazzjoni tikkonforma mar-rekwiżit tal-applikazzjoni proporzjonata stipulat fl-Artikolu 6.
|
|
Artikolu 10 9.
|
Fi żmien erba' xhur mid-data tal-wasla tar-rapport, l-entità jew l-impriża prinċipali għandhom jipproponu lill-Bord miżuri possibbli biex jindirizzaw jew ineħħu l-impedimenti sostantivi identifikati fir-rapport. Il-Bord għandu jikkomunika kwalunkwe miżura proposta mill-entità jew l-impriża prinċipali, lill-awtoritajiet kompetenti, lill-ABE u, fil-każ fejn fergħat sinifikanti ta' istituzzjonijiet li mhumiex parti minn grupp ikunu jinsabu fi Stati Membri mhux parteċipanti, lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' dawk l-Istati Membri. L-entità għandha, fi żmien ġimagħtejn mid-data tar-riċezzjoni ta' rapport magħmul f'konformità mal-Paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, tipproponi lill-Bord miżuri possibbli u skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom sabiex jiġi żgurat li l-entità jew l-impriża omm tkun konformi mal-Artikolu 12f jew 12g, u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata, fejn impediment sostantiv għar-riżolvibbiltà huwa dovut għal xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(i)
l-entità tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien ma' kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 141a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, iżda ma tissodisfax ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament, meta kkalkulat f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 12a(2) ta' dan ir-Regolament; jew
(ii)
l-entità ma tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 92a u 494 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament.
Meta tipproponi l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni ta' miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu, l-entità għandha tieħu kont tar-raġunijiet għall-impediment sostantiv. Il-Bord, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, għandu jivvaluta jekk dawk il-miżuri effettivament jindirizzawx jew ineħħux l-impediment sostantiv inkwistjoni.
|
|
Artikolu 10 10.
|
Fejn il-Bord isib li l-miżuri proposti mill-entità jew l-impriża prinċipali kkonċernata ma jnaqqsux jew ma jneħħux b’mod effettiv l-impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà, il-Bord, wara li jkun ikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti u, fejn xieraq, mal-awtorità makroprudenzjali nominata, għandu jieħu deċiżjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tindika li l-Bord ivvaluta li l-miżuri proposti ma jnaqqsux jew ma jneħħux b’mod effettiv l-impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà u għandu jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni biex jirrikjedu li l-entità, l-impriża prinċipali, jew kwalunkwe sussidjarja tal-grupp ikkonċernat tieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri elenkati fil-paragrafu 11. Fl-identifikazzjoni ta’ miżuri alternattivi, il-Bord għandu juri kif il-miżuri proposti mill-entità jew l-impriża prinċipali kkonċernata ma jkunux kapaċi jneħħu l-impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà u kif il-miżuri alternattivi proposti huma proporzjonati sabiex ineħħuhom. Il-Bord għandu jikkonsidra t-theddida għall-istabbiltà finanzjarja li jippreżentaw dawn l-impedimenti għar-riżolvibbiltà, u l-effett tal-miżuri fuq l-operat tal-entità jew l-impriża prinċipali kkonċernata, fuq l-istabbiltà u l-abbiltà tagħha li tagħti kontribut lill-ekonomija, fuq is-suq intern tas-servizzi finanzjarji u fuq l-istabbiltà finanzjarja fi Stati Membri oħra u l-Unjoni kollha kemm hi. Il-Bord għandu jqis ukoll il-ħtieġa li jiġi evitat kwalunkwe impatt fuq l-entità kkonċernata jew il-grupp ikkonċernat li jmur lil hinn minn dak neċessarju biex jitneħħa l-impediment għar-riżolvibbiltà jew li jkun sproporzjonat.
|
|
Artikolu 10 11.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 10, il-Bord, għandu, fejn applikabbli, jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni biex jieħdu l-miżuri li ġejjin:
(a)
li jeħtieġu lill-entità tirrevedi kwalunkwe ftehim ta' finanzjament intragrupp jew teżamina mill-ġdid in-nuqqas ta' tali ftehimiet, jew tħejji ftehimiet ta' servizz (kemm jekk fi ħdan il-grupp jew ma' partijiet terzi) sabiex jiġi kopert l-għoti ta' funzjonijiet kritiċi;
(b)
li jeħtieġu lill-entità tillimita l-iskoperturi individwali u aggregati massimi tagħha;
(c)
li jimponu rekwiżiti speċifiċi jew regolari ta' informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-finijiet ta' riżoluzzjoni;
(d)
li jeħtieġu lill-entità teħles minn assi speċifiċi;
(e)
li jeħtieġu lill-entità tillimita jew twaqqaf attivitajiet eżistenti speċifiċi jew proposti;
(f)
li jirrestrinġu jew jimpedixxu l-iżvilupp jew l-eżistenza ta' linji ta' operat ġodda jew eżistenti jew il-bejgħ ta' prodotti ġodda jew eżistenti;
(g)
li jeħtieġu bidliet fl-istrutturi ġuridiċi jew operazzjonali tal-entità jew kwalunkwe entità tal-grupp, kemm direttament kif ukoll indirettament taħt il-kontroll tagħhom, biex titnaqqas il-kumplessità sabiex jiġi żgurat li l-funzjonijiet kritiċi jkunu jistgħu jiġu sseparati legalment u operazzjonalment minn funzjonijiet oħra permezz tal-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni;
(h)
li jeħtieġu lil entità tistabbilixxi kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru jew kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-Unjoni;
(i)
li jeħtieġu lil entità toħroġ obbligazzjonijiet eliġibbli biex tilħaq ir-rekwiżiti tal-
►M1
Artikoli 12f u l-Artikolu 12g ◄ ;
(j)
li jeħtieġu lil entità tieħu passi oħrajn biex tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-
►M1
Artikoli 12f u l-Artikolu 12g ◄ , inkluż b'mod partikolari billi tipprova tinnegozja mill-ġdid kwalunkwe obbligazzjoni eliġibbli, Strument tal-Grad 1 jew sStrument tal-Grad 2 addizzjonali li tkun ħarġet, bil-għan li jiġi żgurat li kwalunkwe deċiżjoni tal-Bord li tniżżel il-valur jew tikkonverti dik l-obbligazzjoni u dak l-istrument tkun effettiva skont il-liġi tal-ġurisdizzjoni li tirregola dik l-obbligazzjoni jew dak l-istrument;
▼M1
(k)
li jeħtieġu li l-entità tissottometti pjan biex tirristawra l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 12f u 12g ta' dan ir-Regolament, espress bħala perċentwal tal-iskopertura totali tar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, fejn applikabbli, mar-rekwiżit ta' riżerva kombinata u mar-rekwiżiti tal-Artikolu 12f jew 12g ta' dan ir-Regolament espressi bħala perċentwal tal-miżura tal-iskopertura totali msemmija fl-Artikoli 429 u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(l)
għall-iskop li tiġi żgurata konformità kontinwa mal-Artikolu 12f jew 12g, sabiex entità tintalab tibdel il-profil ta' maturità ta':
(i)
strumenti ta' fondi proprji, wara li tkun kisbet il-qbil tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, u
(ii)
obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 12c u l-punt (a) tal-Artikolu 12g(2).
▼B
Fejn applikabbli, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jieħdu direttament il-miżuri msemmija fil-punti (a) sa (j) tal-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 10 12.
|
L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jimplimentaw l-istruzzjonijiet tal-Bord skont l-Artikolu 29.
|
|
Artikolu 10 13.
|
Deċiżjoni li ssir skont il-paragrafi 10 jew 11 għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
għandha tiġi ġustifikata b'raġunijiet għall-valutazzjoni jew id-determinazzjoni inkwistjoni;
(b)
għandha tindika kif dik il-valutazzjoni jew id-determinazzjoni tikkonforma mar-rekwiżit għall-applikazzjoni proporzjonata stipulat fil-paragrafu 8.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|