|
+Artikolu 10a 2. |
Artikolu 10a 2.Fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Bord, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE fejn applikabbli, għandu jivvaluta mingħajr dewmien bla bżonn jekk għandux jeżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 filwaqt li jieħu kont tal-elementi li ġejjin kollha:
(a)
ir-raġuni, it-tul ta' żmien u d-daqs tan-nuqqas u l-impatt tiegħu fuq ir-riżolvibbiltà;
(b)
l-iżvilupp tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità u l-probabbiltà li, fil-futur prevedibbli, din tissodisfa l-kondizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 18(1);
(c)
il-prospett li l-entità ser tkun tista' tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien raġonevoli;
(d)
meta l-entità ma tkunx tista' tissostitwixxi l-obbligazzjonijiet li ma għadhomx jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà jew ta' maturità stabbiliti fl-Artikoli 72b u 72c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 12c jew l-Artikolu 12g(2) ta' dan ir-Regolament, jekk dik l-inkapaċità hija idjosinkratika jew minħabba tfixkil fis-suq kollu
(e)
jekk l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ikunx l-aktar mezz adegwat u proporzjonat biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-entità, b'kont meħud tal-impatt potenzjali tiegħu kemm fuq il-kondizzjonijiet ta' finanzjament kif ukoll fuq ir-riżolvibbiltà tal-entità kkonċernata. Il-Bord għandu jirrepeti l-valutazzjoni tiegħu dwar jekk għandux jeżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 mill-inqas kull xahar sakemm l-entità tkompli tkun fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|