+Artikolu 10a Setgħa għall-projbizzjoni ta' ċerti distribuzzjonijiet
---+Artikolu 10a 1.
---+Artikolu 10a 2.
---+Artikolu 10a 3.
---+Artikolu 10a 4.
---+Artikolu 10a 5.
---+Artikolu 10a 6.

Artikolu 10a Setgħa għall-projbizzjoni ta' ċerti distribuzzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10a 1.

►M6  Meta entità tkun f’sitwazzjoni fejn tissodisfa r-rekwiżit ta’ riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien ma’ kull wieħed mir-rekwiżiti msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 141a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, iżda tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta’ riżerva kombinata meta jitqies flimkien mar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 12d u 12e ta’ dan ir-Regolament meta kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 12a(2), il-punt (a) ta’ dan ir-Regolament, il-Bord għandu jkollu s-setgħa, f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, li jordna lill-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni sabiex tipprojbixxi lil entità milli tiddistribwixxi aktar mill-Ammont Massimu Distribwibbli relatat mar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u għall-obbligazzjonijiet eliġibbli (“M-MDA”), ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, permezz ta’ kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin: ◄

(a) 

jagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(b) 

joħloq obbligu li jitħallsu rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew titħallas rimunerazzjoni varjabbli jekk l-obbligu ta' ħlas ikun inħoloq fi żmien meta l-entità tkun naqset milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva ta' kapital kombinati;

(c) 

jagħmel pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali.

Meta entità tkun fis-sitwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, hija għandha tinnotifika immedjatament l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni u lill-Bord dwar dan.

Artikolu 10a 2.

Fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Bord, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE fejn applikabbli, għandu jivvaluta mingħajr dewmien bla bżonn jekk għandux jeżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 filwaqt li jieħu kont tal-elementi li ġejjin kollha:

(a) 

ir-raġuni, it-tul ta' żmien u d-daqs tan-nuqqas u l-impatt tiegħu fuq ir-riżolvibbiltà;

(b) 

l-iżvilupp tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità u l-probabbiltà li, fil-futur prevedibbli, din tissodisfa l-kondizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 18(1);

(c) 

il-prospett li l-entità ser tkun tista' tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien raġonevoli;

(d) 

meta l-entità ma tkunx tista' tissostitwixxi l-obbligazzjonijiet li ma għadhomx jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà jew ta' maturità stabbiliti fl-Artikoli 72b u 72c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 12c jew l-Artikolu 12g(2) ta' dan ir-Regolament, jekk dik l-inkapaċità hija idjosinkratika jew minħabba tfixkil fis-suq kollu

(e) 

jekk l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ikunx l-aktar mezz adegwat u proporzjonat biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-entità, b'kont meħud tal-impatt potenzjali tiegħu kemm fuq il-kondizzjonijiet ta' finanzjament kif ukoll fuq ir-riżolvibbiltà tal-entità kkonċernata.

Il-Bord għandu jirrepeti l-valutazzjoni tiegħu dwar jekk għandux jeżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 mill-inqas kull xahar sakemm l-entità tkompli tkun fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 10a 3.

Jekk il-Bord iqis li l-entità tkun għadha fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien disa' xhur wara li sitwazzjoni bħal din tkun ġiet innotifikata mill-entità, il-Bord, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, għandu jeżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ħlief fejn il-Bord iqis, wara valutazzjoni, li jiġu ssodisfati tal-anqas tnejn mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

in-nuqqas huwa dovut għal tfixkil serju għall-funzjonament tas-swieq finanzjarji, li jwassal għal stress estensiv tas-suq finanzjarju fost diversi segmenti tas-swieq finanzjarji;

(b) 

it-tfixkil imsemmi fil-punt (a) mhux biss jirriżulta f'volatilità akbar fil-prezz tal-istrumenti ta' strumenti ta' fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità jew spejjeż akbar għall-entità, iżda jwassal ukoll għal għeluq sħiħ jew parzjali tas-swieq li jżomm l-entità milli toħroġ strumenti ta' fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli f'dawk is-swieq;

(c) 

l-għeluq tas-suq imsemmi fil-punt (b) jiġi osservat mhux biss għall-entità kkonċernata, iżda wkoll għal diversi entitajiet oħra;

(d) 

it-tfixkil imsemmi fil-punt (a) jipprevjeni l-entità kkonċernata milli toħroġ strumenti ta' fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli f'volum suffiċjenti sabiex tirrimedja n-nuqqas;

(e) 

eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 twassal għal effetti konsegwenzjali għal parti mis-settur bankarju, li b'hekk potenzjalment jimminaw l-istabbiltà finanzjarja.

Meta tiġi applikata l-eċċezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Bord għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti, inkluż lill-BĊE fejn applikabbli, bid-deċiżjoni tiegħu u jispjega l-valutazzjoni tiegħu bil-miktub.

Kull xahar, il-Bord għandu jirrepeti l-valutazzjoni tiegħu jekk hijiex applikabbli l-eċċezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 10a 4.
L-“M-MDA” għandu jiġi applikat billi tiġi mmultiplikata s-somma kkalkulata skont il-paragrafu 5 bil-fattur iddeterminat skont il-paragrafu 6. L-“M-MDA” għandu jitnaqqas bi kwalunkwe ammont riżultanti minn kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1.
Artikolu 10a 5.

Is-somma li tkun immultiplikata skont il-paragrafu 4 għandha tikkonsisti fi:

(a) 

profitti interim mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 netti minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe ħlas riżultanti mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

magħduda ma'

(b) 

kwalunkwe profitt ta' tmiem is-sena mhux inkluż fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, nett minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe ħlas riżultanti mill-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

li minnhom jitnaqqsu

(c) 

l-ammonti li jkunu pagabbli bħala taxxa li kieku kellhom jinżammu l-entrati speċifikati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 10a 6.

Il-fattur imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

(a) 

meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-entità li ma jintużax biex jissodisfa ebda wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fl-ewwel kwart (jiġifieri, fl-aktar wieħed baxx) tar-rekwiżit ta' riżerva ta' kapital kombinat, il-fattur għandu jkun 0;

(b) 

meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-entità li ma jintużax biex jissodisfa ebda wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament, espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fit-tieni kwart tar-rekwiżit ta' riżerva ta' kapital kombinat, il-fattur għandu jkun 0,2;

(c) 

meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill- entità li ma jintużax biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 12d u 12e, espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fit-tielet kwart tar-rekwiżit ta' riżerva ta' kapital kombinat, il-fattur għandu jkun 0,4;

(d) 

meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-entità li ma jintużax biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament, espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fir-raba' kwart (jiġifieri, fl-ogħla wieħed) tar-rekwiżit ta' riżerva ta' kapital kombinat, il-fattur għandu jkun 0,6;

Il-livelli inferjuri u superjuri ta' kull kwart tar-rekwiżit ta' riżerva għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

image

image

fejn “Qn ” = in-numru ordinali tal-kwart ikkonċernat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.