+Artikolu 11 3.

Artikolu 11 3.

Mal-wasla ta' proposta għall-applikazzjoni ta' obbligi simpifikati skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jew meta jaġixxi b'inizjattiva tiegħu stess, il-Bord għandu jwettaq valutazzjoni tal-istituzzjoni jew il-grupp kkonċernati u għandu japplika obbligi simplifikati, jekk il-falliment tal-istituzzjoni jew il-grupp ma jkunx mistenni li jħalli konsegwenzi avversi sinifikanti ghas-sistema finanzjarja jew tkun theddida għall-istabbiltà finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 10(5).

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Bord għandu jqis:

(a) 

in-natura tan-negozju tal-istituzzjoni jew tal-grupp, l-istruttura tas-sjieda tal-ishma tagħhom, il-forma ġuridika, il-profil ta' riskju, id-daqs u l-istatus ġuridiku, l-interkonnettività li għandhom ma' istituzzjonijiet oħra jew mas-sistema finanzjarja b'mod ġenerali, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom;

(b) 

is-sħubija tagħhom ma' IPS jew ma' sistemi kooperattivi ta' solidarjetà reċiproka kif imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

kwalunkwe twettiq ta' servizzi jew attivitajiet ta' investiment kif definit fl-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ); u

(d) 

jekk il-falliment u l-istralċ sussegwenti tagħhom skont proċedimenti normali ta' insolvenza humiex mistennija jħallu effett negattiv sinifikanti fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra, fuq il-kondizzjonijiet ta' finanzjament jew fuq l-ekonomija aktar ġenerali.

Il-Bord għandu jagħmel il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu wara konsultazzjoni, fejn xieraq, l-awtorità nazzjonali makroprudenzjali u, fejn xieraq, mal-BERS.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.