+Artikolu 11 Obbligi simplifikati għal ċerti istituzzjonijiet
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
---+Artikolu 11 8.
---+Artikolu 11 9.
---+Artikolu 11 10.
|
Artikolu 11 Obbligi simplifikati għal ċerti istituzzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Il-Bord, fuq inizjattiva tiegħu stess wara li jikkonsulta mal-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni jew fuq proposta minn awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni, jista' japplika obbligi simplifikati fir-rigward tal-abbozzar tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 8 jew jista' jneħħi l-obbligu tal-abbozzar ta' dawk il-pjanijiet skont il-paragrafi 3 sa 9 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 11 2.
|
L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jistgħu jipproponu lill-Bord biex japplika obbligi simplifikati lill-istituzzjonijiet jew lill-gruppi skont il-paragrafi 3 u 4 jew biex ineħħi l-obbligu tal-abbozzar ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni skont il-paragrafu 7. Dik il-proposta għandha tkun motivata u għandha tkun sostnuta mid-dokumentazzjoni rilevanti kollha.
|
|
Artikolu 11 3.
|
Mal-wasla ta' proposta għall-applikazzjoni ta' obbligi simpifikati skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jew meta jaġixxi b'inizjattiva tiegħu stess, il-Bord għandu jwettaq valutazzjoni tal-istituzzjoni jew il-grupp kkonċernati u għandu japplika obbligi simplifikati, jekk il-falliment tal-istituzzjoni jew il-grupp ma jkunx mistenni li jħalli konsegwenzi avversi sinifikanti ghas-sistema finanzjarja jew tkun theddida għall-istabbiltà finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 10(5). Għal dawn ir-raġunijiet, il-Bord għandu jqis:
(a)
in-natura tan-negozju tal-istituzzjoni jew tal-grupp, l-istruttura tas-sjieda tal-ishma tagħhom, il-forma ġuridika, il-profil ta' riskju, id-daqs u l-istatus ġuridiku, l-interkonnettività li għandhom ma' istituzzjonijiet oħra jew mas-sistema finanzjarja b'mod ġenerali, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom;
(b)
is-sħubija tagħhom ma' IPS jew ma' sistemi kooperattivi ta' solidarjetà reċiproka kif imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(c)
kwalunkwe twettiq ta' servizzi jew attivitajiet ta' investiment kif definit fl-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
); u
(d)
jekk il-falliment u l-istralċ sussegwenti tagħhom skont proċedimenti normali ta' insolvenza humiex mistennija jħallu effett negattiv sinifikanti fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra, fuq il-kondizzjonijiet ta' finanzjament jew fuq l-ekonomija aktar ġenerali.
Il-Bord għandu jagħmel il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu wara konsultazzjoni, fejn xieraq, l-awtorità nazzjonali makroprudenzjali u, fejn xieraq, mal-BERS.
|
|
Artikolu 11 4.
|
Fl-applikazzjoni ta' obbligi simplifikati, il-Bord għandu jiddetermina:
(a)
il-kontenut u d-dettalji tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni previsti fl-Artikolu 8;
(b)
id-data sa meta għandhom jitfasslu l-ewwel pjanijiet ta' riżoluzzjoni, u l-frekwenza għall-aġġornament tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, li tista' tkun anqas minn dik prevista fl-Artikolu 8(12);
(c)
il-kontenut u d-dettalji tal-informazzjoni meħtieġa mill-istituzzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 8(9) ta' dan ir-Regolament u fit-Taqsima B tal-Anness għad-Direttiva 2014/59/UE;
(d)
il-livell ta' dettall għall-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament u t-Taqsima C tal-Anness għad-Direttiva 2014/59/UE.
|
|
Artikolu 11 5.
|
L-applikazzjoni tal-obbligi simplifikati ma għandhiex minnha nnifisha taffettwa s-setgħa tal-Bord li jieħu kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 11 6.
|
Fejn jiġu applikati obbligi simplifikati, il-Bord għandu jimponi obbligi sħaħ u mhux simplifikati fi kwalunkwe ħin, jekk kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li kienet tiġġustifikahom ma tibqax teżisti.
|
|
Artikolu 11 7.
|
Mingħajr preġudizzju għal-Artikoli 9 u 31, hekk kif jirċievi proposta għat-tneħħija tal-obbligu ta' abbozzar tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jew meta jaġixxi fuq inizjattiva proprja, il-Bord, skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, għandu jirrinunzja l-applikazzjoni tal-obbligu tal-abbozzar ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni lil istituzzjonijiet affiljati ma' korp ċentrali u eżentati għal kollox jew parzjalment mir-rekwiżiti prudenzjali fil-liġi nazzjonali skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Fejn tiġi konċessa rinunzja skont l-ewwel subparagrafu, l-obbligu ta' abbozzar tal-pjan ta' riżoluzzjoni għandu japplika fuq bażi konsolidata għall-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati miegħu fis-sens tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għal dak il-għan, kwalunkwe referenza f'dan il-Kapitolu għal grupp għandha tinkludi korp ċentrali u istituzzjonijiet affiljati miegħu fis-sens tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u s-sussidjarji tagħhom, u kwalunkwe referenza għal impriżi prinċipali jew istituzzjonijiet li huma soġġetti għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE għandha tinkludi l-korp ċentrali.
|
|
Artikolu 11 8.
|
Istituzzjonijiet soġġetti għal superviżjoni diretta mill-BĊE skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jew li jikkostitwixxu sehem sinifikanti mis-sistema finanzjarja ta' Stat Membru parteċipanti għandhom ikunu soġġetti għal pjanijiet ta' riżoluzzjoni individwali. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-operazzjonijiet ta' istituzzjoni għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu sehem sinifikanti tas-sistema finanzjarja ta' dak l-Istat Membru parteċipanti meta:
(a)
il-valur totali tal-assi tagħha jaqbżu EUR 30 000 000 000 ; jew
(b)
il-proporzjon tal-assi totali tagħha mill-PDG tal-Istat Membru tal-istabbiliment jaqbeż l-20 %, sakemm il-valur totali tal-assi tagħha ma jkunx anqas minn EUR 5 000 000 000 .
|
|
Artikolu 11 9.
|
Fejn l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni li tkun ipproponiet l-applikazzjoni tal-obbligi ssimplifikati jew tat rinunzja skont il-paragrafu 2 tqis li d-deċiżjoni li tapplika obbligi ssimplifikati jew li tati rinunzja jridu jiġu rtirati, għandha tissottometti proposta lill-Bord għal dak il-għan. F'dak il-każ il-Bord għandu jieħu deċiżjoni dwar l-irtirar propost filwaqt li jqis bis-sħiħ il-ġustifikazzjoni tal-irtirar ippreżentata mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni fid-dawl tal-fatturi u cirkostanzi msemmija fil-paragrafi 3 jew fil-pararafi 7 u 8.
|
|
Artikolu 11 10.
|
Il-Bord għandu jinforma lill-ABE bl-applikazzjoni tiegħu ta' dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|