+Artikolu 12 Rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.
---+Artikolu 12 8.
|
Artikolu 12 Rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Il-Bord għandu, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż mal-BĊE, jiddetermina r-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, kif imsemmi fl-Artikoli 12a sa 12i, soġġett għal setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni, li huma meħtieġa li jiġu sodisfatti f'kull ħin mill-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2) u mill-entitajiet u gruppi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7(4) u fl-Artikolu 7(5) meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawn il-paragrafi.
|
|
Artikolu 12 2.
|
L-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, inklużi entitajiet li jagħmlu parti minn gruppi, għandhom jirraportaw l-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 45i(1), (2) u (4) tad-Direttiva 2014/59/UE lill-awtorità ta' riżoluzzjoni nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti li huma stabbiliti fih. L-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Bord mingħajr dewmien bla bżonn.
|
|
Artikolu 12 3.
|
Meta jabbozzaw pjanijiet ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 9, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jiddeterminaw ir-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, kif imsemmi fl-Artikoli 12a sa 12i, soġġett għas-setgħat ta' tniżżil fil-valur u ta' konverżjoni, li huma meħtieġa li jiġu sodisfatti f'kull ħin mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 7(3). F'dak ir-rigward għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31.
|
|
Artikolu 12 4.
|
Il-Bord għandu jieħu kwalunkwe determinazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'mod parallel mal-iżvilupp u maż-żamma tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 8.
|
|
Artikolu 12 5.
|
Il-Bord għandu jindirizza d-determinazzjoni tiegħu lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jimplimentaw l-istruzzjonijiet tal-Bord skont l-Artikolu 29. Il-Bord għandu jitlob li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali jivverifikaw u jiżguraw li entitajiet u gruppi jżommu r-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 12 6.
|
Il-Bord għandu jinforma lill-BĊE u lill-EBA bir-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li jkun iddetermina għal kull entità u grupp taħt il-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 12 7.
|
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta' dan l-Artikolu, il-Bord għandu joħroġ linji gwida u jindirizza istruzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni dwar entitajiet jew gruppi speċifiċi.
|
|
Artikolu 12 8.
|
Il-Bord għandu jkun responsabbli għall-għoti tal-permessi msemmijin fl-Artikolu 77(2) u l-Artikolu 78a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 lill-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-Bord għandu jindirizza deċiżjoni lill-entità kkonċernata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|