|
+Artikolu 12c 4. |
Artikolu 12c 4.Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit minimu fl-Artikolu 12d(4) u fil-punt (a) tal-Artikolu 12e(1), il-Bord, fuq inizjattiva proprja tiegħu wara li jkun ikkonsulta mal-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni jew fuq proposta minn awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni, għandu jiżgura li parti mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f daqs 8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, għandha tiġi ssodisfata minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma GSIIs jew entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma soġġetti għall-Artikolu 12d(4) jew (5) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Il-Bord jista' jippermetti li livell aktar baxx minn 8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, tal-entità ta' riżoluzzjoni iżda ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formula (1-X1/X2) × 8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, għandu jiġi ssodisfat minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma GSIIs jew entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma soġġetti għall-Artikolu 12d(4) jew (5) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati jew obbligazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dment li jkunu ssodisfati kollha l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn, fid-dawl tat-tnaqqis li huwa possibbli skont l-Artikolu 72b(3) ta' dak ir-Regolament: X1 = 3.5 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
X2 = l-ammont li jirriżulta mis-somma ta' 18 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u l-ammont tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata.
Għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma soġġetti għall-Artikolu 12d(4), fejn l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu twassal għal rekwiżit 'il fuq minn 27 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju għall-entità ta' riżoluzzjoni kkonċernata, il-Bord għandu jillimita l-parti tar-rekwiżit imsemmija fl-Artikolu 12f li għandha tiġi ssodisfata bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għal ammont daqt 27 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju jekk il-Bord ikun ivvaluta li:
(a)
l-aċċess għall-Fond mhux meqjus bħala opzjoni biex tiġi riżolta dik l-entità ta' riżoluzzjoni fil-pjan ta' riżoluzzjoni; u
(b)
fejn il-punt (a) ma japplikax, ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f jippermetti dik l-entità ta' riżoluzzjoni tissodisfa r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 27(7). Meta jagħmel il-valutazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, il-Bord għandu jqis ukoll ir-riskju ta' impatt sproporzjonat fuq il-mudell kummerċjali tal-entità ta' riżoluzzjoni kkonċernata. Għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni soġġetti għall-Artikolu 12d(5), it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma japplikax. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|