|
+Artikolu 12c 5. |
Artikolu 12c 5.Għal entitajiet ta' riżoluzzjoni li la huma GSIIs u lanqas ma huma entitajiet ta' riżoluzzjoni soġġetti għall-Artikolu 12d(4) jew (5), il-Bord, jew fuq inizjattiva proprja tiegħu wara li jikkonsulta mal-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni jew fuq proposta minn awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni, jista' jiddeċiedi li parti mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f sal-ogħla waħda mit-8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, tal-entità u l-formula msemmija fil-paragrafu 7 ta'dan l-Artikolu, għandha tiġi ssodisfata permezz tal-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
obbligazzjonijiet mhux subordinati msemmija fil-paragrafi (1) u (2) ta' dan l-Artikolu għandhom l-istess klassifikazzjoni prijoritarja fil-ġerarkija nazzjonali tal-insolvenza bħal ċerti obbligazzjonijiet li huma esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu27(3) jew l-Artikolu 27(5);
(b)
jeżisti r-riskju li, bħala riżultat ta' applikazzjoni ppjanata ta' setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni lil obbligazzjonijiet mhux subordinati li mhumiex esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu 27(3) jew l-Artikolu 27(5), kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom jirriżultaw minn dawk l-obbligazzjonijiet iġarrbu telf ikbar milli kieku jġarrbu fi stralċ taħt proċedimenti normali ta' insolvenza;
(c)
l-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati oħra ma jaqbiżx l-ammont meħtieġ biex jiġi żgurat li l-kredituri msemmija fil-punt (b) ma għandhomx iġarrbu telf 'il fuq mil-livell tat-telf li altrimenti kienu jġarrbu fi stralċ taħt proċedimenti normali ta' insolvenza. Fejn il-Bord jiddetermina li, fi ħdan klassi ta' obbligazzjonijiet li tinkludi obbligazzjonijiet eliġibbli, l-ammont tal-obbligazzjonijiet li huma esklużi jew hemm raġunijiet biex x'aktarx jiġu esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikoli 27(3) jew 27(5), jammonta għal iktar minn 10 % ta' dik il-klassi, il-Bord għandu jivvaluta r-riskju msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|