|
+Artikolu 12d 1. |
Artikolu 12d 1.Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi ddeterminat mill-Bord, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, abbażi tal-kriterji li ġejjin:
(a)
il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-grupp ta' riżoluzzjoni jista' jiġi riżolt bl-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità ta' riżoluzzjoni inkluż, fejn ikun il-każ, l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, b'mod li jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni;
(b)
il-ħtieġa li jiġi żgurat, fejn adatt, li l-entità ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħhom li huma istituzzjonijiet, jew entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) u (3) iżda mhux entitajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom fondi proprji suffiċjenti u obbligazzjonijiet eliġibbli biex jiżguraw li, jekk l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna jew is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni, rispettivament, kellhom jiġu applikati għalihom, it-telf ikun jista' jiġi assorbit u u li l-proporzjoni kapitali totali u, skont ma jkun applikabbli, il-proporzjon ta' ingranaġġ tal-entitajiet rilevanti jistgħu jiġu ristawrati għal livell meħtieġ biex ikunu jistgħu jkomplu jkunu konformi mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u biex iwettqu l-attivitajiet li għalihom ikunu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE;
(c)
il-ħtieġa li jiġi żgurat li, jekk il-pjan ta' riżoluzzjoni jantiċipa li ċerti klassijiet ta' obbligazzjonijiet eliġibbli jistgħu jiġu esklużi minn rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 27(5) ta' dan ir-Regolament jew jistgħu jiġu kompletament trasferiti lil riċevitur taħt trasferiment parzjali, l-entità ta' riżoluzzjoni jkollha fondi proprji suffiċjenti u obbligazzjonijiet eliġibbli oħra biex tassorbi t-telf u tirrestawra l-proporzjon kapitali totali u, skont ma jkun applikabbli, il-proporzjon ta' ingranaġġ għal livell neċessarju sabiex tkun tista' tkompli tikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u biex tkompli bl-attivitajiet li hija awtorizzata għalihom skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE;
(d)
id-daqs, il-mudell kummerċjali, il-mudell ta' finanzjament u l-profil ta' riskju tal-entità;
(e)
il-punt sa liema l-falliment tal-entità jkollu effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja, inkluż permezz tal-kontaġju fuq istituzzjonijiet jew entitajiet oħra, minħabba l-interkonnessjoni tal-entità ma' istituzzjonijiet jew entitajiet oħra jew mal-bqija tas-sistema finanzjarja. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|