+Artikolu 12d 2a.

Artikolu 12d 2a.

Il-Bord ma għandux jiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għall-entitajiet ta’ likwidazzjoni.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-Bord jista’ jivvaluta jekk huwiex ġustifikat li jtiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal entità ta’ likwidazzjoni fuq bażi individwali f’ammont li jaqbeż l-ammont suffiċjenti biex jassorbi t-telf f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu. Fil-valutazzjoni tiegħu, il-Bord għandu jqis, b’mod partikolari, kwalunkwe impatt possibbli fuq l-istabbiltà finanzjarja u fuq ir-riskju ta’ kontaġju għas-sistema finanzjarja, inkluż fir-rigward tal-kapaċità ta’ finanzjament tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti. Fejn il-Bord jiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1), l-entità ta’ likwidazzjoni għandha tissodisfa dak ir-rekwiżit billi tuża wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

fondi proprji;

(b) 

obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 72b(2), il-punti (b) u (d) ta’ dak ir-Regolament;

(c) 

l-obbligazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12c(2).

L-Artikolu 77(2) u l-Artikolu 78a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma għandhomx japplikaw għal entitajiet ta’ likwidazzjoni li għalihom il-Bord ma jkunx iddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) ta’ dan ir-Regolament.

Il-holdings ta’ strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn istituzzjonjiet sussidjarji li huma entitajiet ta’ likwidazzjoni li għalihom il-Bord ma jkunx iddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) ma għandhomx jitnaqqsu skont l-Artikolu 72e(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

B’deroga mir-raba’ subparagrafu, istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 2 li mhijiex hi stess entità ta’ riżoluzzjoni iżda hija sussidjarja ta’ entità ta’ riżoluzzjoni jew ta’ entità ta’ pajjiż terz li tkun entità ta’ riżoluzzjoni li kieku kienet stabbilita fl-Unjoni għandha tnaqqas il-holdings tagħha ta’ strumenti ta’ fondi proprji f’istituzzjonijiet sussidjarji li jappartjenu għall-istess grupp ta’ riżoluzzjoni u li huma entitajiet ta’ likwidazzjoni li għalihom il-Bord ma jkunx iddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) meta l-ammont aggregat ta’ dawk il-holdings ikun ugwali għal jew jaqbeż is-7 % tal-ammont totalital-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet tagħha li jikkonformaw mal-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 12g(2), ikkalkolati kull sena mill-31 ta’ Diċembru bħala medja matul it-12-il xahar preċedenti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.