|
+Artikolu 12d 3. |
Artikolu 12d 3.Fil-każ ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni, l-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkun dan li ġej:
(a)
bil-għan li jiġi kkalkulat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1), f'konformità mal-punt a) tal-Artikolu 12a(2), is-somma ta':
(i)
l-ammont ta' telf li jrid jiġi assorbit fir-riżoluzzjoni li jikkorrispondi għar-rekwiżiti msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-entità ta' riżoluzzjoni fil-livell konsolidat ta' grupp ta' riżoluzzjoni; u
(ii)
ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-grupp ta' riżoluzzjoni li jirriżulta minn riżoluzzjoni li jirristawra l-konformità mar-rekwiżit ta' proporzjon ta' kapital totali tiegħu msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit tiegħu msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta; u
(b)
bil-għan li jiġi kkalkulat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1), f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 12a(2), is-somma ta':
(i)
l-ammont ta' telf li għandu jiġi assorbit fir-riżoluzzjoni li jikkorrispondi għar-rekwiżit ta' proporzjon ta' ingranaġġ tal-entità ta' riżoluzzjoni msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni; u
(ii)
ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-grupp ta' riżoluzzjoni li jirriżulta minn riżoluzzjoni li jirristawra l-konformità mar-rekwiżit tal-proporzjon ta' ingranaġġ imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 12a(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkulat skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu diviż bl-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 12a(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkulat skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, diviż bil-mi'ura tal-iskopertura totali. Meta jkun qed jistabbilixxi r-rekwiżit individwali provdut fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Bord għandu jqis ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 27(7). Meta jkun qed jistabbilixxi l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni msemmija fis-subparagrafi preċedenti, il-Bord għandu:
(a)
juża l-valuri l-aktar reċenti rrappurtati għall-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju jew il-miżura tal-iskopertura totali rilevanti, aġġustati għall-kwalunkwe bidla li tirriżulta mill-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni previsti fil-pjan ta' riżoluzzjoni; u
(b)
wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, jaġġusta 'l isfel jew 'il fuq l-ammont li jikkorrispondi għar-rekwiżit attwali msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE biex jiddetermina r-rekwiżit applikabbli għall-entità ta' riżoluzzjoni wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta. Il-Bord għandu jkun jista' jżid ir-rekwiżit previst fil-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu b'ammont xieraq meħtieġ biex jiġi żgurat li, wara r-riżoluzzjoni, l-entità hija kapaċi żżomm fiduċja suffiċjenti tas-suq għal perijodu xieraq li ma għandux jaqbeż sena. Fejn japplika s-sitt subparagrafu ta' dan l-Artikolu, l-ammont imsemmi f'dak is-subparagrafu għandu jkun fl-istess livell tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata li għandu japplika wara l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni, bit-tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE. L-ammont imsemmi fis-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun aġġustat 'l isfel jekk, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, il-Bord jiddetermina li jkun fattibbli u kredibbli li ammont aktar baxx huwa suffiċjenti biex tinżamm il-fiduċja tas-suq u tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 12(1) u l-aċċess minnha għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju minbarra kontribuzzjonijiet mill-Fond, skont l-Artikolu 27(7) u l-Artikolu 76(3), wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni. Dak l-ammont għandu jkun aġġustat 'il fuq jekk, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, il-Bord jiddetermina li jkun meħtieġ ammont akbar biex tinżamm fiduċja tas-suq suffiċjenti u tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fl-Artikolu 12(1) u l-aċċess minnha għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju minbarra kontribuzzjonijiet mill-Fond, skont l-Artikolu 27(7) u l-Artikolu 76(3), għal perijodu xieraq ta' żmien li ma għandux jaqbeż sena. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|