+Artikolu 12e Determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' G-SIIs u sussidjarji materjali tal-Unjoni ta' G-SIIs mhux tal-UE
---+Artikolu 12e 1.
---+Artikolu 12e 2.
---+Artikolu 12e 3.
---+Artikolu 12e 4.
|
Artikolu 12e Determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' G-SIIs u sussidjarji materjali tal-Unjoni ta' G-SIIs mhux tal-UE
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12e 1.
|
Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal entità ta' riżoluzzjoni li hija G-SII jew parti minn G-SII għandu jikkonsisti minn dawn li ġejjin:
(a)
ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 92a u 494 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u
(b)
kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli determinat mill-Bord speċifikament relattiv għal dik l-entità f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 12e 2.
|
Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal sussidjarja materjali tal-Unjoni ta' G-SII mhux tal-UE għandu jikkonsisti minn dawn li ġejjin:
(a)
ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 92b u 494 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u
(b)
kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli determinat mill-Bord speċifikament relattiv għal dik is-sussidjarja materjali f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, li għandu jiġi ssodisfat b'fondi proprji u obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 12g u l-Artikolu 92b(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Artikolu 12e 3.
|
Il-Bord għandu jimponi rekwiżit addizzjonali għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu (1) u l-punt (b) tal-paragrafu 2 biss:
(a)
meta r-rekwiżit imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jew il-punt (a) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma jkunx biżżejjed biex jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12d; u
(b)
sa punt li jiżgura li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12d jiġu ssodisfati.
|
|
Artikolu 12e 4.
|
Kwalunkwe deċiżjoni mill-Bord li jimponi rekwiżit addizzjonali ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew il-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkun fiha r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni, inkluża valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, u għandha tiġi rieżaminata mill-Bord mingħajr dewmien bla bżonn biex tirrifletti kwalunkwe tibdil fil-livell tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE applikabbli għall-grupp ta' riżoluzzjoni jew għas-sussidjarja materjali tal-Unjoni ta' G-SII mhux tal-UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|