|
+Artikolu 12g 4. |
Artikolu 12g 4.Meta f’konformità mal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni globali is-sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni, jew impriża prinċipali tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet sussidjarji tagħha, ma jkunux entitajiet ta’ riżoluzzjoni u l-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni Ewropew, meta jkun stabbilit skont l-Artikolu 89 tad-Direttiva 2014/59/UE, jaqblu ma’ dik l-istrateġija, is-sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni jew, fuq bażi konsolidata, l-impriża prinċipali tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit tal-Artikolu 12a(1) ta’ dan ir-Regolament billi joħorġu l-istrumenti msemmijin fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu, għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
l-impriża prinċipali apikali tagħhom stabbilita f’pajjiż terz;
(b)
is-sussidjarji ta’ dik l-impriża prinċipali apikali li huma stabbiliti fl-istess pajjiż terz;
(c)
entitajiet oħrajn skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punti (a)(i) u (b)(ii), ta’ dan l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|