+Artikolu 13 Intervent bikri
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
|
Artikolu 13 Intervent bikri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
Il-BĊE jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jinformaw lill-Bord bi kwalunkwe miżura li jeħtieġu lil istituzzjoni jew grupp jieħdu jew li jieħdu huma stess skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, l-Artikolu 27(1) jew l-Artikolu 28 jew 29 tad-Direttiva 2014/59/UE, jew l-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE. Il-Bord għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni li jkun rċieva skont l-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 13 2.
|
Mid-data tal-wasla tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-BĊE u tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont drittijiet oħra tal-Unjoni, il-Bord jista' jħejji għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jew tal-grupp konċernat. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom jimmonitorjaw mill-qrib, f'kooperazzjoni mal-Bord, il-kondizzjonijiet tal-istituzzjoni jew l-impriża prinċipali u l-konformità tagħhom ma' kwalunkwe miżura ta' intervent bikri li kien meħtieġ minnhom. Il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom jipprovdu lill-Bord l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jaġġornaw il-pjan ta' riżoluzzjoni u jħejju għar-riżoluzzjoni eventwali tal-istituzzjoni u għall-valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 20(1) sa (15).
|
|
Artikolu 13 3.
|
Il-Bord għandu s-setgħa jesiġi li l-istituzzjoni jew l-impriża prinċipali jikkuntattjaw lil xerrejja potenzjali bil-ħsieb li ssir it-tħejjija għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni, skont il-kriterji speċifikati fl-Artikolu 39(2) tad-Direttiva 2014/59/UE u r-rekwiżiti ta' segretezza professjonali msemmija fl-Artikolu 88 ta' dan ir-Regolament. Il-Bord għandu s-setgħa wkoll li jesiġi li l-awtorità nazzjonali rilevanti ta' riżoluzzjoni tabbozza skema preliminari ta' riżoluzzjoni għall-istituzzjoni jew il-grupp konċernat. Il-Bord għandu jinforma lill-BĊE, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti u lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni kompetenti dwar kwalunkwe azzjoni li jieħu skont dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 13 4.
|
Jekk il-BĊE jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkun beħsiebhom jimponu fuq istituzzjoni jew grupp kwalunkwe miżura addizzjonali skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, taħt l-Artikolu 27(1), 28 jew 29 tad-Direttiva 2014/59/UE jew skont l-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, qabel l-entità jew il-grupp ikunu kkonformaw bis-sħiħ mal-ewwel miżura nnotifikata lill-Bord, huma għandhom jinfurmaw lill-Bord, qabel jimponu din il-miżura addizzjonali fuq l-istituzzjoni jew il-grupp konċernat.
|
|
Artikolu 13 5.
|
Il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti, il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni kompetenti għandhom jiżguraw li l-miżura addizzjonali msemmija fil-paragrafu 4 u kwalunkwe azzjoni tal-Bord bil-għan li titħejja riżoluzzjoni skont il-paragrafu 2 ikunu konsistenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|