+Artikolu 15 Prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
|
Artikolu 15 Prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
Meta jaġixxu skont il-proċedura ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 18, il-Bord, il-Kunsill, l-Kummissjoni u, fejn rilevanti, l-awtortitajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tittieħed skont il-prinċipji li ġejjin:
(a)
l-azzjonisti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jġarrbu l-ewwel telf;
(b)
il-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jġarrbu t-telf wara l-azzjonisti skont l-ordni ta' prijorità tal-pretensjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 17, ħlief fejn previst espressament mod ieħor f'dan ir-Regolament;
(c)
il-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jiġu sostitwiti, ħlief f'dawk il-każijiet fejn iż-żamma tal-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri, kollha jew parti minnhom, kif xieraq fiċ-ċirkostanzi, titqies meħtieġa għall-kisba tal-objettivi ta' riżoluzzjoni;
(d)
il-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għandhom jagħtu l-assistenza neċessarja kollha għall-kisba tal-objettivi ta' riżoluzzjoni;
(e)
persuni fiżiċi u ġuridiċi huma responsabbli, soġġett għal-liġi nazzjonali, skont il-liġi ċivili jew kriminali, għar-responsabbiltà tagħhom għall-falliment tal-istituzzjoni;
(f)
ħlief fejn previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, il-kredituri tal-istess klassi jiġu ttrattati b'mod ekwu;
(g)
l-ebda kreditur ma għandu jġarrab telf akbar milli kien iġarrab li kieku entità msemmija fl-Artikolu 2 tkun ġiet stralċjata skont proċedimenti normali ta' insolvenza skont is-salvagwardji previsti fl-Artikolu 29;
(h)
id-depożiti koperti jkunu protetti għalkollox, u
(i)
l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tittieħed f'konformità mas-salvagwardji f'dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 15 2.
|
Fejn istituzzjoni tkun entità tal-grupp, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-Bord, il-Kunsill u l-Kummissjoni, meta jiddeċiedu dwar l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni, għandhom, jaġixxu b'mod li jimminimizza l-impatt fuq entitajiet oħra tal-grupp u fuq il-grupp sħiħ u jimminimizza l-effett avvers fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, b'mod partikolari fil-pajjiżi fejn jopera l-grupp.
|
|
Artikolu 15 3.
|
Fejn l-għodda tal-bejgħ ta' operat, l-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja jew l-għodda ta' separazzjoni tal-assi tiġi applikata fuq entità msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, dik l-entità għandha titqies li hija soġġetta għal proċedimenti ta' falliment jew proċedimenti analogi ta' insolvenza għall-finijiet tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (
10
).
|
|
Artikolu 15 4.
|
Meta jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni, il-Bord għandu jagħti istruzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni sabiex fejn xieraq jinfurmaw u jikkonsultaw lir-rappreżentanti tal-impjegati. Dan mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati f' korpi maniġerjali kif previst mil-liġi nazzjonali jew fil-prattika.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|