|
+Artikolu 15 1. |
Artikolu 15 1.Meta jaġixxu skont il-proċedura ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 18, il-Bord, il-Kunsill, l-Kummissjoni u, fejn rilevanti, l-awtortitajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tittieħed skont il-prinċipji li ġejjin:
(a)
l-azzjonisti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jġarrbu l-ewwel telf;
(b)
il-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jġarrbu t-telf wara l-azzjonisti skont l-ordni ta' prijorità tal-pretensjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 17, ħlief fejn previst espressament mod ieħor f'dan ir-Regolament;
(c)
il-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jiġu sostitwiti, ħlief f'dawk il-każijiet fejn iż-żamma tal-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri, kollha jew parti minnhom, kif xieraq fiċ-ċirkostanzi, titqies meħtieġa għall-kisba tal-objettivi ta' riżoluzzjoni;
(d)
il-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għandhom jagħtu l-assistenza neċessarja kollha għall-kisba tal-objettivi ta' riżoluzzjoni;
(e)
persuni fiżiċi u ġuridiċi huma responsabbli, soġġett għal-liġi nazzjonali, skont il-liġi ċivili jew kriminali, għar-responsabbiltà tagħhom għall-falliment tal-istituzzjoni;
(f)
ħlief fejn previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, il-kredituri tal-istess klassi jiġu ttrattati b'mod ekwu;
(g)
l-ebda kreditur ma għandu jġarrab telf akbar milli kien iġarrab li kieku entità msemmija fl-Artikolu 2 tkun ġiet stralċjata skont proċedimenti normali ta' insolvenza skont is-salvagwardji previsti fl-Artikolu 29;
(h)
id-depożiti koperti jkunu protetti għalkollox, u
(i)
l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tittieħed f'konformità mas-salvagwardji f'dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|