+Artikolu 18 4.

Artikolu 18 4.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-entità għandha titqies li qed tfalli jew li x'aktarx tfalli f'waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) 

l-entità qed tikser jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu deteminazzjoni li l-istituzzjoni, fil-futur qrib, ser tkun qed tikser ir-rekwiżiti għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni b'mod li jkun jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni mill-BĊE, inkluż iżda mhux biss, il-fatt li l-istituzzjoni ġarrbet jew x'aktarx iġġarrab telf li se juża l-fondi proprji kollha jew ammont sinifikanti minnhom;

(b) 

l-assi tal-entità huma, jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu determinazzjoni li l-assi tal-entità se jkunu, fil-futur qrib, inqas mill-obbligazzjonijiet tagħha;

(c) 

l-entità hija, jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu determinazzjoni li dik l-entità se tkun, fil-futur qrib, f'pożizzjoni li ma tistax tħallas id-dejn tagħha jew obbligazzjonijiet oħrajn malli jsiru dovuti;

(d) 

hija meħtieġa għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja ħlief fejn, sabiex jiġi rimedjat taqlib serju fl-ekonomija ta' Stat Membru u tinżamm l-istabbiltà finanzjarja, dik l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja tieħu xi waħda minn dawn l-għamliet:

(i) 

garanzija tal-Istat biex issostni l-faċilitajiet ta' likwidità minn banek ċentrali skont il-kondizzjonijiet tal-banek ċentrali;

(ii) 

garanzija tal-Istat għal obbligazzjonijiet maħruġa ġodda; jew

(iii) 

injezzjoni ta' fondi proprji jew ix-xiri ta' strumenti kapitali bi prezzijiet u termini li ma jagħtux vantaġġ lill-entità, fejn la ċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu u lanqas iċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 21(1) ma jkunu jeżistu fiż-żmien li tingħata l-għajnuna pubblika.

F'kull każ imsemmi fil-punti (i), (ii) u (iii) tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, il-garanzija jew il-miżuri ekwivalenti msemmija fihom għandhom ikunu ristretti għall-entitajiet solventi u bil-kondizzjoni li tingħata approvazzjoni finali taħt il-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni. Dawk il-miżuri għandhom ikunu ta' natura prekawzjonarja u temporanja u għandhom ikunu proporzjonati biex jirrimedjaw il-konsegwenzi ta' taqlib serju u ma għandhomx jintużaw biex jikkumpensaw għat-telf li ġarrbet l-entità jew li x'aktarx iġġarrab fil-futur qrib.

Il-miżuri ta' appoġġ taħt il-punt (d)(iii) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu limitati għal injezzjonijiet meħtieġa biex jindirizzaw in-nuqqas ta' kapital stabbilit fit-testijiet tal-istress fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni jew tal-SSM, ir-rieżamijiet tal-kwalità tal-assi jew l-eżerċizzji ekwivalenti mwettqa mill-BĊE, l-ABE jew l-awtoritajiet nazzjonali, fejn applikabbli, ikkonfermati mill-awtorità kompetenti.

Jekk il-Kummissjoni tressaq proposta leġislattiva skont l-Artikolu 32(4) tad-Direttiva 2014/59/UE, din għandha, jekk xieraq, tressaq proposta leġislattiva li temenda dan ir-Regolament bl-istess mod.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.