|
+Artikolu 20 5. |
Artikolu 20 5.L-għanijiet tal-valwazzjoni għandhom ikunu:
(a)
li tingħata informazzjoni biex jiġi ddeterminat jekk il-kondizzjonijiet tar-riżoluzzjoni jew il-kondizzjonijiet għall-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni tal-i ►M1 strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21 ◄ intlaħqux;
(b)
jekk il-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni ntlaħqu, li tingħata informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni dwar l-azzjoni xierqa ta' riżoluzzjoni li għandha tittieħed fir-rigward ta' entità msemmija fl-Artikolu 2;
(c)
meta tiġi applikata s-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21(7), biex tkun infurmata d-deċiżjoni dwar il-punt sa liema għandhom jiġu kkanċellati jew dilwiti l-istrumenti ta' sjieda, u l-punt sa liema għandhom jiġu vvalutati negattivament jew kkonvertiti l-istrumenti kapitali rilevanti u l-obbligazzjonijiet eliġibbli;
(d)
meta tiġi applikata l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna, biex tkun infurmata d-deċiżjoni dwar il-punt sa liema għandhom jiġu valwati negattivament jew jiġu kkonvertiti l-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna;
(e)
meta tiġi applikata l-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja jew l-għodda ta' separazzjoni tal-assi, li tingħata informazzjoni biex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-assi, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet jew l-strumenti ta' sjieda li għandhom jiġu trasferiti u d-deċiżjoni dwar il-valur ta' kwalunkwe korrispettiv li għandu jitħallas lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew, skont il-każ, lis-sidien tal-istrumenti ta' sjieda;
(f)
meta tiġi applikata l-għodda tal-bejgħ ta' operat, li tingħata informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni dwar l-assi, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti l-oħra ta' sjieda li għandhom jiġu ttrasferiti u biex jgħinu lill-Bord jifhem x'jikkostitwixxi termini kummerċjali għall-finijiet tal-Artikolu 24(2)(b);
(g)
fil-każijiet kollha, biex jiġi żgurat li kwalunkwe telf fuq l-assi ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 jiġi rikonoxxut bis-sħiħ meta jiġu applikati l-għodod ta' riżoluzzjoni jew jiġu eżerċitati s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-i ►M1 strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21 ◄ rilevanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|