+Artikolu 20 Valwazzjoni tal-għanijiet ta' riżoluzzjoni
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 20 6.
---+Artikolu 20 7.
---+Artikolu 20 8.
---+Artikolu 20 9.
---+Artikolu 20 10.
---+Artikolu 20 11.
---+Artikolu 20 12.
---+Artikolu 20 13.
---+Artikolu 20 14.
---+Artikolu 20 15.
---+Artikolu 20 16.
---+Artikolu 20 17.
---+Artikolu 20 18.

Artikolu 20 Valwazzjoni tal-għanijiet ta' riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.
Qabel jiddeċiedi dwar azzjoni ta' riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħa li jagħmel valwazzjoni negattiva jew jikkonverti ►M1  strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21 ◄ rilevanti, il-Bord għandu jiżgura li titwettaq valwazzjoni ġusta, prudenti u realistika tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 minn persuna indipendenti minn kwalunkwe awtorità pubblika, inkluż il-Bord u l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni, u mill-entità konċernata.
Artikolu 20 2.
Soġġett għall-paragrafu 15, fejn ir-rekwiżiti kollha stipulati fil-paragrafi 1 u 4 sa 9 jiġu sodisfatti, il-valwazzjoni għandha titqies bħala definittiva.
Artikolu 20 3.
Fejn valwazzjoni indipendenti skont il-paragrafu 1 ma tkunx possibbli, il-Bord jista' jwettaq valwazzjoni provviżorja tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità msemmija fl-Artikolu 2, skont il-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 20 4.
L-objettiv tal-valwazzjoni jkun li tivvaluta l-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 li tissodisfa l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni tal-Artikoli 16 u 18.
Artikolu 20 5.

L-għanijiet tal-valwazzjoni għandhom ikunu:

(a) 

li tingħata informazzjoni biex jiġi ddeterminat jekk il-kondizzjonijiet tar-riżoluzzjoni jew il-kondizzjonijiet għall-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni tal-i ►M1  strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21 ◄ intlaħqux;

(b) 

jekk il-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni ntlaħqu, li tingħata informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni dwar l-azzjoni xierqa ta' riżoluzzjoni li għandha tittieħed fir-rigward ta' entità msemmija fl-Artikolu 2;

▼M1

(c) 

meta tiġi applikata s-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21(7), biex tkun infurmata d-deċiżjoni dwar il-punt sa liema għandhom jiġu kkanċellati jew dilwiti l-istrumenti ta' sjieda, u l-punt sa liema għandhom jiġu vvalutati negattivament jew kkonvertiti l-istrumenti kapitali rilevanti u l-obbligazzjonijiet eliġibbli;

(d) 

meta tiġi applikata l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna, biex tkun infurmata d-deċiżjoni dwar il-punt sa liema għandhom jiġu valwati negattivament jew jiġu kkonvertiti l-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna;

▼B

(e) 

meta tiġi applikata l-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja jew l-għodda ta' separazzjoni tal-assi, li tingħata informazzjoni biex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-assi, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet jew l-strumenti ta' sjieda li għandhom jiġu trasferiti u d-deċiżjoni dwar il-valur ta' kwalunkwe korrispettiv li għandu jitħallas lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew, skont il-każ, lis-sidien tal-istrumenti ta' sjieda;

(f) 

meta tiġi applikata l-għodda tal-bejgħ ta' operat, li tingħata informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni dwar l-assi, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti l-oħra ta' sjieda li għandhom jiġu ttrasferiti u biex jgħinu lill-Bord jifhem x'jikkostitwixxi termini kummerċjali għall-finijiet tal-Artikolu 24(2)(b);

(g) 

fil-każijiet kollha, biex jiġi żgurat li kwalunkwe telf fuq l-assi ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 jiġi rikonoxxut bis-sħiħ meta jiġu applikati l-għodod ta' riżoluzzjoni jew jiġu eżerċitati s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-i ►M1  strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21 ◄ rilevanti.

Artikolu 20 6.

Bla ħsara għall-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, fejn applikabbli, il-valwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet prudenzjali, inklużi r-rati ta' inadempjenza u l-gravità tat-telf. Il-valwazzjoni ma tassumi l-ebda għoti potenzjali fil-futur ta' kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja kwalunkwe assistenza ta' likwidità ta' emerġenza minn bank ċentrali, jew kwalunkwe assistenza ta' likwidità minn bank ċentali pprovduta skont termini ta' kollaterilizzazzjoni, maturità u rati tal-imgħax mhux standard, lil entità msemmija fl-Artikolu 2 minn meta tittieħed l-azzjoni ta' riżoluzzjoni jew jiġu eżerċitati s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-i ►M1  strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21 ◄ rilvanti. Aktar minn hekk, il-valwazzjoni tqis li jekk tiġi applikata kwalunkwe għodda ta' riżoluzzjoni:

(a) 

il-Bord jista' jirkupra kwalunkwe spiża raġonevoli mġarrba kif xieraq mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 22(6);

(b) 

il-Fond jista' jimponi imgħax jew tariffi fir-rigward ta' kwalunkwe self jew garanziji mogħtija lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 76.

Artikolu 20 7.

Il-valwazzjoni għandha tkun issupplimentata bl-informazzjoni li ġejja kif tidher fil-kotba tal-kontabbiltà u r-reġistri ta' entità msemmija fl-Artikolu 2:

(a) 

karta bilanċjali aġġornata u rapport dwar il-pożizzjoni ta' entità msemmija fl-Artikolu 2;

(b) 

analiżi u stima tal-valur kontabilistiku tal-assi;

(c) 

il-lista tal-obbligazzjonijiet pendenti fuq il-karta bilanċjali u barra l-karta bilanċjali murija fil-kotba u r-reġistri ta' entità msemmija fl-Artikolu 2, b'indikazzjoni tal-krediti rispettivi u l-prijorità tal-pretensjonijiet msemmija fl-Artikolu 17.

Artikolu 20 8.
Fejn xieraq, sabiex tingħata informazzjoni għad-deċiżjonijiet msemmija fil-paragrafu 5(e) u (f) ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni fil- paragrafu 7(b) ta' dan l-Artikolu tista' tiġi kkumplimentata minn analiżi u stima tal-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 abbażi tal-valur tas-suq.
Artikolu 20 9.
Il-valwazzjoni għandha tindika s-subdiviżjoni tal-kredituri fi klassijiet skont il-prijorità tal-pretensjonijiet imsemmija fl-Artikolu 17 u stima tat-trattament li kull klassi ta' azzjonist u kreditur kienu jkunu mistennija jirċievu, jekk entità msemmija fl-Artikolu 2 kellha tiġi stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza. Dik l-istima ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tal-prinċipju “l-ebda kreditur ma jmur agħar” imsemmi fl-Artikolu 15(1)(g).
Artikolu 20 10.
Fejn, minħabba urġenza taċ-ċirkostanzi tal-każ, jew ma tkunx possibbli konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 7 u 9, jew ikun japplika l-paragrafu 3, għandha titwettaq valwazzjoni provviżorja. Il-valwazzjoni provviżorja għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 4 u, sa fejn raġonevolment prattikabbli fiċ-ċirkostanzi, mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1, 7 u 9.

Il-valwazzjoni provviżorja msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi buffer għal telf addizzjonali, b'ġustifikazzjoni xierqa.

Artikolu 20 11.
Valwazzjoni li ma tikkonformax mar-rekwiżiti kollha stipulati fil-paragrafi 1, u 4 sa 9 għandha titqies bħala provviżorja sakemm persuna indipendenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 twettaq valwazzjoni li tkun konformi bis-sħiħ mar-rekwiżiti kollha stipulati f'dawk il-paragrafi. Dik il-valwazzjoni ex-post definittiva għandha titwettaq hekk malli jkun prattikabbli. Tista' titwettaq separatament mill-valwazzjoni msemmija fil-paragrafi 16, 17 u 18, jew simultanjament magħha u mill-istess persuna indipendenti bħall-valwazzjoni, li iżda għandha tkun distinta minnha.

L-għanijiet tal-valwazzjoni ex-post definittiva għandhom ikunu:

(a) 

li jiġi żgurat li kwalunkwe telf fl-assi ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 jiġu rikonoxxuti bis-sħiħ fil-kotba tal-kontabbiltà ta' dik l-entità;

(b) 

tipprovdi informazzjoni biex tittieħed id-deċiżjoni li ssir valwazzjoni negattiva tal-pretensjonijiet tal-kredituri jew li jiżdied il-valur tal-korrispettiv imħallas, skont il-paragrafu 12 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 20 12.

Fil-każ li l-istima tal-valwazzjoni ex-post definittiva tal-valur tal-assi netti ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 tkun ogħla mill-istima tal-valwazzjoni provviżorja tal-valur tal-assi netti ta' dik l-entità, il-Bord jista' jitlob lill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni biex:

(a) 

teżerċita s-setgħat tagħha li żżid il-valur tal-pretensjonijiet tal-kredituri jew tas-sidien ta' strumenti kapitali rilevanti li tagħmel valwazzjoni negattiva bl-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna;

(b) 

jagħti struzzjonijiet lil istituzzjoni tranżitorja jew mezz ta' mmaniġġjar tal-assi li jħallas aktar korrispettiv fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet lil istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew skont il-każ, fir-rigward tal-istrumenti ta' sjieda lis-sidien ta' dawk l-istrumenti ta' sjieda.

Artikolu 20 13.
Minkejja l-paragrafu 1, valwazzjoni provviżorja mwettqa skont il-paragrafi 10 u 11 għandha tkun bażi valida għall-Bord biex jieħu deċiżjoni dwar azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, inkluż l-għoti ta' istruzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni biex jieħdu l-kontroll ta' istituzzjoni li qed tfalli jew li jeżerċita setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-i ►M1  strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21 ◄ rilvanti.
Artikolu 20 14.
Il-Bord għandu jistabbilixxi u jżomm fis-seħħ arranġamenti li jiżguraw li l-valutazzjoni għall-applikazzjoni tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni internaskont l-Artikolu 27 u l-valwazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 15 ta' dan l-Artikolu huma bbażati fuq l-informazzjoni dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u li din tkun aġġornata u kompluta kif raġonevolment possibbli.
Artikolu 20 15.
Il-valwazzjoni għandha tkun parti integrali tad-deċiżjonidwar l-applikazzjoni ta' għodda ta' riżoluzzjoni jew dwar l-eżerċizzju ta' setgħa ta' riżoluzzjoni jew id-deċiżjoni dwar l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' ►M1  strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21 ◄ . Il-valwazzjoni nnifisha ma għandhiex tkun soġġetta għal dritt ta' appell separat iżda tista' tkun soġġetta għal appell flimkien mad-deċiżjoni tal-Bord.
Artikolu 20 16.
Għall-finijiet li jiġi vvalutat jekk l-azzjonisti u l-kredituri kinux jieħdu trattament aħjar li kieku l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza, il-Bord għandu jiżgura li tiġi mwettqa valwazzjoni minn persuna indipendenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 malajr kemm jista' jkun wara li jkunu daħlu fis-seħħ l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni. Dik il-valwazzjoni għandha tkun separata mill-valwazzjoni mwettqa skont il-paragrafi minn 1 sa 15.
Artikolu 20 17.

Il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 16 għandha tiddetermina:

(a) 

it-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri, jew l-iskemi rilevanti ta' garanzija tad-depożiti kienu jirċievu li kieku istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li fir-rigward tagħha jkunu nħarġu l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, tkun daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza fi żmien meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar azzjoni ta' riżoluzzjoni;

(b) 

it-trattament reali li l-azzjonisti u l-kredituri jirċievu fir-riżoluzzjoni ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni; u

(c) 

jekk hemmx xi differenza bejn it-trattament imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu u t-trattament imsemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 20 18.

Il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 16 għandha:

(a) 

tassumi li istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li fir-rigward tagħha l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jkunu ġew affettwati, tkun daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza fi żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni għal riżoluzzjoni;

(b) 

tassumi li l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni ma daħlux fis-seħħ;

(c) 

ma tqis l-ebda għoti ta' għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja lil istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.