|
+Artikolu 20 6. |
Artikolu 20 6.Bla ħsara għall-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, fejn applikabbli, il-valwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet prudenzjali, inklużi r-rati ta' inadempjenza u l-gravità tat-telf. Il-valwazzjoni ma tassumi l-ebda għoti potenzjali fil-futur ta' kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja kwalunkwe assistenza ta' likwidità ta' emerġenza minn bank ċentrali, jew kwalunkwe assistenza ta' likwidità minn bank ċentali pprovduta skont termini ta' kollaterilizzazzjoni, maturità u rati tal-imgħax mhux standard, lil entità msemmija fl-Artikolu 2 minn meta tittieħed l-azzjoni ta' riżoluzzjoni jew jiġu eżerċitati s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-i ►M1 strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21 ◄ rilvanti. Aktar minn hekk, il-valwazzjoni tqis li jekk tiġi applikata kwalunkwe għodda ta' riżoluzzjoni:
(a)
il-Bord jista' jirkupra kwalunkwe spiża raġonevoli mġarrba kif xieraq mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 22(6);
(b)
il-Fond jista' jimponi imgħax jew tariffi fir-rigward ta' kwalunkwe self jew garanziji mogħtija lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 76. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|