+Artikolu 21 1.

Artikolu 21 1.

Il-Bord għandu jeżerċita s-setgħa li jagħmel valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' ►M1  strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 7a ◄ rilevanti billi jaġixxi skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, fir-rigward tal-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2), u lill-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4)(b) u (5), fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk il-paragrafi, biss fejn jivvaluta, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, hekk kif jirċievi komunikazzjoni skont it-tieni subparagrafu jew fuq inizjattiva proprja, li tkun ġiet sodisfatta kondizzjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

fejn ikun ġie stabbilit li jkunu ntlaħqu l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni speċifikati fl-Artikoli 16 u 18 qabel ma tkun ittieħdet kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni;

(b) 

l-entità mhux se tibqa' vijabbli sakemm l-i ►M1  strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 7a ◄ rilvanti ma ssirilhomx valwazzjoni negattiva jew jiġu konvertiti f'ekwità;

(c) 

f'każ ta' strumenti kapitali rilevanti maħruġa minn sussidjarja u fejn dawk l-istrumenti kapitali rilvanti jiġu rikonoxxuti għall-finijiet li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi individwali u fuq bażi konsolidata, sakemm is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni ma tiġix eżerċitata fir-rigward ta' dawk l-istrumenti, il-grupp ma jibqax aktar vijabbli;

(d) 

f'każ ta' strumenti kapitali rilevanti maħruġa fil-livell ta' impriża prinċipali u fejn dawk l-istrumenti kapitali rilevanti jiġu rikonoxxuti għall-finijiet li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi individwali fil-livell ta' impriża prinċipali jew fuq bażi konsolidata, sakemm is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ma tiġix eżerċitata fir-rigward ta' dawk l-istrumenti, il-grupp ma jibqax aktar vijabbli;

(e) 

hija meħtieġa għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja għall-entità jew il-grupp, ħlief fi kwalunkwe ċirkostanza stipulata fil-punt (d)(iii) tal-Artikolu 18(4).

Il-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d), ta’ dan il-paragrafu, għandha ssir mill-BĊE għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 7(2), il-punt (a), jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 7(2), il-punt (b), l-Artikolu 7(4), il-punt (b) u l-Artikolu 7(5), u mill-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, f’konformità mal-allokazzjoni tal-kompiti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(1) u (2).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.