+Artikolu 21 Valutazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
---+Artikolu 21 6.
---+Artikolu 21 7.
---+Artikolu 21 7a.
---+Artikolu 21 7b.
---+Artikolu 21 8.
---+Artikolu 21 9.
---+Artikolu 21 10.
---+Artikolu 21 11.
|
Artikolu 21 Valutazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
Il-Bord għandu jeżerċita s-setgħa li jagħmel valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta'
►M1
strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 7a ◄ rilevanti billi jaġixxi skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, fir-rigward tal-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2), u lill-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4)(b) u (5), fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk il-paragrafi, biss fejn jivvaluta, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, hekk kif jirċievi komunikazzjoni skont it-tieni subparagrafu jew fuq inizjattiva proprja, li tkun ġiet sodisfatta kondizzjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a)
fejn ikun ġie stabbilit li jkunu ntlaħqu l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni speċifikati fl-Artikoli 16 u 18 qabel ma tkun ittieħdet kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni;
(b)
l-entità mhux se tibqa' vijabbli sakemm l-i
►M1
strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 7a ◄ rilvanti ma ssirilhomx valwazzjoni negattiva jew jiġu konvertiti f'ekwità;
(c)
f'każ ta' strumenti kapitali rilevanti maħruġa minn sussidjarja u fejn dawk l-istrumenti kapitali rilvanti jiġu rikonoxxuti għall-finijiet li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi individwali u fuq bażi konsolidata, sakemm is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni ma tiġix eżerċitata fir-rigward ta' dawk l-istrumenti, il-grupp ma jibqax aktar vijabbli;
(d)
f'każ ta' strumenti kapitali rilevanti maħruġa fil-livell ta' impriża prinċipali u fejn dawk l-istrumenti kapitali rilevanti jiġu rikonoxxuti għall-finijiet li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi individwali fil-livell ta' impriża prinċipali jew fuq bażi konsolidata, sakemm is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ma tiġix eżerċitata fir-rigward ta' dawk l-istrumenti, il-grupp ma jibqax aktar vijabbli;
(e)
hija meħtieġa għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja għall-entità jew il-grupp, ħlief fi kwalunkwe ċirkostanza stipulata fil-punt (d)(iii) tal-Artikolu 18(4).
Il-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d), ta’ dan il-paragrafu, għandha ssir mill-BĊE għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 7(2), il-punt (a), jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 7(2), il-punt (b), l-Artikolu 7(4), il-punt (b) u l-Artikolu 7(5), u mill-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, f’konformità mal-allokazzjoni tal-kompiti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(1) u (2).
|
|
Artikolu 21 3.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, entità msemmija fl-Artikolu 2 jew grupp għandhom jitqiesu li mhumiex aktar vijabbli fil-każ biss li jintlaħqu dawn iż-żewġ kondizzjonijiet:
(a)
l-entità jew il-grupp qed ifalli jew li x'aktarx jfalli;
(b)
filwaqt li jittieħed kont taż-żmien u ċirkostanzi rilevanti oħra, ma hemmx prospett raġonevoli li kwalunkwe azzjoni, inklużi miżuri minn settur privat alternattiv jew ta' superviżjoni (inklużi miżuri ta' intervent bikri), apparti l-valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-i
►M1
strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-paragrafu 7a ◄ rilevanti, indipendentement jew f'kumbinazzjoni ma' azzjoni ta' riżoluzzjoni, jistgħu jimpedixxu l-falliment tal-entità jew il-grupp f'qafas ta' żmien raġonevoli.
|
|
Artikolu 21 4.
|
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dik l-entità għandha titqies li qed tfalli jew li x'aktarx tfalli fejn ikun hemm waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 18(4).
|
|
Artikolu 21 5.
|
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 3, grupp għandu jitqies li qed ifalli jew li x'aktarx ifalli fejn il-grupp ikun qed jikser jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu determinazzjoni li l-grupp se jkun qed jikser, fil-futur qrib, ir-rekwiżiti prudenzjali konsolidati tiegħu b'mod li jkun jiġġustifika azzjoni mill-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti inkluż, iżda mhux biss, il-fatt li l-grupp ikun ġarrab jew x'aktarx iġarrab telf li jiekol il-fondi proprji kollha jew ammont sinifikanti minnhom.
|
|
Artikolu 21 6.
|
Strument kapitali rilevanti maħruġ minn sussidjarja ma għandux ikollu valwazzjoni negattiva sa punt ulterjuri jew jiġi kkonvertit skont termini agħar skont l-Artikolu 59(3)(c) tad-Direttiva 2014/59/UE b'aktar minn kemm ġew valwati negattivament jew konvertiti strumenti kapitali tal-istess klassifikazzjoni fil-livell tal-impriża prinċipali.
|
|
Artikolu 21 7.
|
Jekk tiġi ssodisfata kondizzjoni waħda jew aktar imsemmija fil-paragrafu 1, il-Bord, filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, għandu jiddetermina jekk is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli għandhomx jiġu eżerċitati indipendentement jew flimkien ma' azzjoni ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-proċedura taħt l-Artikolu 18,. Fejn strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli jkunu nxtraw mill-entità ta' riżoluzzjoni b'mod indirett permezz ta' entitajiet oħrajn fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni, is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' dawk l-istrumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli għandha tiġi eżerċitata flimkien mal-eżerċizzju tal-istess setgħa fil-livell tal-intrapriża omm tal-entità kkonċernata jew fil-livell ta' intrapriżi omm oħrajn li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, sabiex it-telf jiġi effettivament mgħoddi lill-entità ta' riżoluzzjoni, u l-entità kkonċernata tiġi rikapitalizzata mill-entità ta' riżoluzzjoni. Wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valutazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli indipendentement minn azzjoni ta' riżoluzzjoni, għandha titwettaq il-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 20(16) u għandu japplika l-punt (e) tal-Artikolu 76(1).
|
|
Artikolu 21 7a.
|
Is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' obbligazzjonijiet eliġibbli indipendentement minn azzjoni ta' riżoluzzjoni tista' tiġi eżerċitata biss fir-rigward ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 12g(2) ta' dan ir-Regolament, minbarra l-kondizzjoni relatata mal-maturità pendenti ta' obbligazzjonijiet kif stabbilita fl-Artikolu 72c(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta dik is-setgħa tkun eżerċitata, il-valutazzjoni negattiva jew il-konverżjoni għandhom isiru f'konformità mal-prinċipju msemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 15(1).
|
|
Artikolu 21 7b.
|
Meta tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entità ta' riżoluzzjoni jew, f'ċirkostanzi eċċezzjonali b'devjazzjoni mill-pjan ta' riżoluzzjoni, fir-rigward ta' entità li ma tkunx entità ta' riżoluzzjoni, l-ammont li jitnaqqas, jiġi valwat b'mod negattiv jew jiġi konvertit f'konformità mal-Artikolu 21(10) fil-livell ta' tali entità għandu jgħodd lejn il-livelli limiti stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 27(7) applikabbli għall-entità kkonċernata.
|
|
Artikolu 21 8.
|
Fejn il-Bord, meta jaġixxi skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament, jiddetermina li kondizzjoni waħda jew aktar imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu huma sodisfatti, iżda l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 18(1) ta' dan ir-Regolament mhumiex sodisfatti, il-Bord, mingħajr dewmien għandu jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni biex jeżerċitaw is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni skont l-Artikoli 59 u 60 tad-Direttiva 2014/59/UE. Il-Bord għandu jiżgura li qabel ma l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħa li jagħmlu valwazzjoni negattiva jew li jikkonvertu l-i
►M1
strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 7a ◄ rilevanti, għandha titwettaq valwazzjonii tal-assi u tal-obbligazzjonijiet ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 jew ta' grupp imsemmija fl-Artikolu 20(1) sa (15). Dik il-valwazzjoni għandha tkun il-bażi tal-kalkolu tal-valwazzjoni negattiva li għandu jiġi applikat lill-i
►M1
strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 7a ◄ rilevanti sabiex jiġi assorbit it-telf u l-livell ta' konverżjoni li għandu jiġi applikat lill-i
►M1
strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 7a ◄ rilevanti għar-rikapitalizzazzjoni tal-entità msemmija fl-Artikolu 2 jew tal-grupp.
|
|
Artikolu 21 9.
|
Meta waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jiġu ssodisfati fir-rigward ta’ entità msemmija f’dak il-paragrafu, u l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 18(1) jiġu ssodisfati wkoll fir-rigward ta’ dik l-entità jew ta’ entità li tappartjeni għall-istess grupp, għandha tkun tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(6), (7) u (8). Il-Bord għandu jadotta skema ta’ riżoluzzjoni unika li tkopri l-entità li għaliha jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 18(1) kif ukoll kwalunkwe entità msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 21 10.
|
Il-Bord għandu jiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni mingħajr dewmien, f'konformità mal-prijorità tat-talbiet skont l-Artikolu 17 u b'mod li jipproduċu r-riżultati li ġejjin:
(a)
il-punti tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 jitnaqqsu l-ewwel, fi proporzjon mat-telf u sal-kapaċità tagħhom;
(b)
l-ammont kapitali tal-Grad 1 Addizzjoniali istrumenti kapitali rilevanti jiġi valwat negattivament jew ikkonvertit fi strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, jew sal-punt meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 14 jew sal-kapaċità tal-istrumenti kapitali rilevanti, skont liema huwa inqas;
(c)
l-ammont prinċipali ta' strumenti tal-Grad 2 isirlu valwazzjoni negattiva jew jiġi konvertit fi strument tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jew it-tnejn li huma, sal-punt meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 14 jew sal-punt tal-kapaċità tal-istrumenti kapitali rilevanti, liema minnhom ikun l-aktar baxx;
▼M1
(d)
l-ammont prinċipali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmi fil-paragrafu 7a jiġi valutat b'mod negattiv jew konvertit fi strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jew it-tnejn, sal-punt meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 14 jew sal-punt tal-kapaċità tal-obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti, skont liema minnhom ikun l-aktar baxx.
▼B
|
|
Artikolu 21 11.
|
L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jimplimentaw l-istruzzjonijiet tal-Bord u jeżerċitaw is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti skont l-Artikolu 29.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|