+Artikolu 22 Prinċipji ġenerali tal-għodod ta' riżoluzzjoni
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.

Artikolu 22 Prinċipji ġenerali tal-għodod ta' riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1.
Fejn il-Bord jiddeċiedi li japplika għodda ta' riżoluzzjoni fuq entità jew grupp imsemmija fl-Artikolu 7(2) jew fuq entità jew grupp imsemmija fl-Artikolu 7(4)(b) u (5) fejn il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk il-paragrafi huma sodisfatti u dik l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tirriżulta f'telf li jiġġarrab mill-kredituri jew il-pretensjonijiet tagħhom jiġu kkonvertiti, il-Bord għandu jagħti istruzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni biex jeżerċita s-setgħa biex jagħmel valwazzjoni negattiva u jikkonverti l-istrumenti kapitali rilevanti skont l-Artikolu 21 immedjatament qabel jew flimkien mal-applikazzjoni tal-għodda ta' riżoluzzjoni.
Artikolu 22 2.

L-għodod ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 18(6)(b) huma dawn li ġejjin:

(a) 

l-għodda tal-bejgħ ta' operat;

(b) 

l-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja;

(c) 

l-għodda ta' separazzjoni tal-assi;

(d) 

l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna.

Artikolu 22 3.

Meta jadotta l-iskema ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 18(6), il-Bord għandujieħu kont tal-fatturi li ġejjin:

(a) 

l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fuq il-bażi ta' valwazzjoni skont l-Artikolu 20;

(b) 

il-pożizzjoni tal-likwidità tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(c) 

il-kummerċjabbiltà tal-valur tal-franchise tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fid-dawl tal-kondizzjonijiet ekonomiċi u kompetittivi tas-suq;

(d) 

iż-żmien disponibbli.

Artikolu 22 4.
L-għodod ta' riżoluzzjoni għandhom jiġu applikati biex ikunu sodisfatti l-objettivi ta' riżoluzzjoni speċifikati fl-Artikolu 14, skont il-prinċipji ta' riżoluzzjoni speċifikati fl-Artikolu 15. Huma jistgħu jiġu applikati individwalment jew fi kwalunkwe kumbinazzjoni, ħlief għall-għodda ta' separazzjoni tal-assi li tista' tiġi applikata biss flimkien ma' għodda oħra ta' riżoluzzjoni.
Artikolu 22 5.
Fejn l-għodod ta' riżoluzzjoni msemmija fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jiġu applikati biex jiġu ttrasferiti parti biss mill-assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, l-entità residwa msemmija fl-Artikolu 2 minn fejn l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ġew ittrasferiti għandha tiġi stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza.
Artikolu 22 6.

Il-Bord jista' jirkupra kwalunkwe spiża raġonevoli korrettament imġarrba f'konnessjoni mal-użu ta' kwalunkwe għodda jew setgħa ta' riżoluzzjoni f'mod wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

bħala tnaqqis minn kwalunkwe korrispettiv imħallas minn riċevitur lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew, jekk ikun japplika l-każ, lis-sidien ta' strumenti ta' sjieda;

(b) 

mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, bħala kreditur preferut; jew

(c) 

minn kwalunkwe rikavat iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni ta' operazzjoni tal-istituzzjoni tranżitorja jew il-mezz ta' mmaniġġjar tal-assi, bħala kreditur preferut.

Kwalunkwe rikavat riċevut mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni b'rabta mal-użu tal-Fond għandhom jiġu rimborżati lill-Bord.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.