+Artikolu 29 Implimentazzjoni tad-deċiżjonijietskont dan ir-Regolament
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
|
Artikolu 29 Implimentazzjoni tad-deċiżjonijietskont dan ir-Regolament
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1.
|
L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex jimplimentaw id-deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni msemmija f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi jeżerċitaw kontroll fuq l-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2), u l-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4)(b) u (5) fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-applikazzjonijiet ta' dawk il-paragrafi, billi jieħdu l-miżuri meħtieġa skont l-Artikolu 35 jew 72 tad-Direttiva 2014/59/UE u billi jiżguraw li s-salvagwardji previsti f'dik id-Direttiva 2014/59/UE jiġu sodisfatti. L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jimplimentaw id-deċiżjonijiet kollha indirizzati lilhom mill-Bord. Għal dawk l-għanijiet, soġġett għal dan ir-Regolament, għandhom jagħmlu użu mis-setgħat tagħhom skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2014/59/UE u skont il-kondizzjonijiet stipulati mil-liġi nazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jinformaw bis-sħiħ lill-Bord dwar l-eżerċizzju ta' dawk is-setgħat. Kwalunkwe azzjoni li jieħdu għandha tikkonforma mad-deċiżjonijiet tal-Bord bis-saħħa ta' dan ir-Regolament. Fl-implimentazzjoni ta' dawn id-deċiżjonijiet l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li s-salvagwardji applikabbli stipulati fid-Direttiva 2014/59/UE jiġu osservati.
|
|
Artikolu 29 2.
|
Fejn awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ma tkunx applikat jew ma tkunx ikkonformat ma' deċiżjoni mill-Bord skontdan ir-Regolament jew applikatha b'tali mod li jhedded kwalunkwe wieħed mill-objettivi ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 14 jew l-implimentazzjoni effikaċi tal-iskema ta' riżoluzzjoni, il-Bord jista' jkollu jordna lil istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li:
(a)
f'każ ta' azzjoni skont l-Artikolu 18, tittrasferixxi għand persuna oħra drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet speċifikati ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;
(b)
f'każ ta' azzjoni skont l-Artikolu 18, tesiġi l-konverżjoni ta' kwalunkwe strument ta' dejn li jkun fih terminu kuntrattwali għall-konverżjoni fiċ-ċirkostanzi previsti fl-Artikolu 21;
(c)
tadotta kwalunkwe azzjoni oħra meħtieġa biex tikkonforma mad-deċiżjoni inkwistjoni.
Il-Bord għandu jadotta deċiżjoni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu biss jekk il-miżura tindirizza b'mod sinifikanti t-theddida għall-objettiv ta' riżoluzzjoni rilevanti jew l-implimentazzjoni effikaċi tal-iskema ta' riżoluzzjoni. Qabel ma jiddeċiedi li jimponi kwalunkwe miżura l-Bord għandu jinnotifika l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni u lill-Kummissjoni dwar il-miżura li jkun beħsiebu jieħu. Dik in-notifika għandha tinkludi dettalji tal-miżuri previsti, ir-raġunijiet għal dawk il-miżuri u d-dettalji ta' meta jkun previst li l-miżuri jidħlu fis-seħħ. In-notifika għandha ssir mhux anqas minn 24 siegħa qabel ma l-miżuri jkunu se jidħlu fis-seħħ. F'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn ma jkunx possibbli li jingħata preavviż ta' 24 siegħa, il-Bord jista' jwassal in-notifika anqas minn 24 siegħa qabel ma jkun previst id-dħul fis-seħħ tal-miżuri.
|
|
Artikolu 29 3.
|
L-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għandha tikkonforma ma' kwalunkwe deċiżjoni meħuda msemmija fil-paragrafu 2. Id-deċiżjonijiet adottati għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni fl-istess kwistjoni.
|
|
Artikolu 29 4.
|
Meta tittieħed azzjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet li huma soġġetti għal deċiżjoni li ttieħdet skont il-paragrafu 2, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jikkonformaw ma' dik id-deċiżjoni.
|
|
Artikolu 29 5.
|
Il-Bord għandu jippubblika fuq il-websajt uffiċjali tiegħu kopja tal-iskema ta' riżoluzzjoni jew notifika li tispjega fil-qasir l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, u partikolarment l-effetti fuq il-klijenti fil-livell tal-konsumatur. L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jikkonformaw mal-obbligi proċedurali applikabbli stipulati fl-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/59/UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|